Insalata tal-qlub tal-qaqoċċ

  • Mej 01, 2015 16:29
  • Miktub minn
"

    Għandek bżonn:

    kwart ta' kikkra żejt taż-żebbuġa

    50g bejken, imsajjar u mqatta'

    basla mqattgħa rqiq

    zunnarija mqattgħa biċċiet żgħar

    qlub tal-qaqoċċ imqattgħin u msajrin

    sinna tewm

    kikkra żebbuġ jew kappar

    3 mgħaref nagħniegħ friesk

    mgħarfa ħall tal-inbid

    weraq tal-insalata mħallta

    ponn couscous imsajjar

    bżar iswed u melħ jekk trid

    Metodu:

    Ġo taġen b'mgħarfa żejt taż-żebbuġa, qalli l-basla u meta ssir trasparenti żid iz-zunnarija u t-tewm. Neħħi minn fuq in-nar u kessaħ fil-friġġ.

    Ġo skutella kbira poġġi l-qaqoċċ, kappar, bejken u nagħniegħ u ħawwad. Żid it-taħlita tal-friġġ. Irranġa l-weraq tal-insalata fuq il-platt li se sservi fih. Żid il-couscous imsajjar mat-taħlita tal-qaqoċċ u ftit bżar u melħ jekk trid. Ħallat kollox flimkien bil-mod. Ħallat iż-żejt taż-żebbuġa li baqa' mal-ħall. Ħawwad sew u ferra' fuq l-insalata qabel ma sservi. Żejjen il-platt bil-weraq tan-nagħniegħ frisk.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Kalamita fuq ONE.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0