Appetizers bl-irkotta u t-tadam

  • Mej 01, 2015 07:16
  • Miktub minn
"

    Għandek bżonn:

    200g irkotta

    mgħarfa cream cheese

    ¼ ta' kikkra żejt taż-żebbuġa

    2 mgħaref meraq tal-lumi

    ¼ ta' qoxra ta' lumija maħkuka

    kilo tadam imħallat

    sinna tewm maħkuka

    3 mgħaref ħabaq u weraq tal-ħabaq biex iżżejjen

    ¼ ta' basla mqattgħa dadi żgħar ħafna jew maħkuka

    Baguette imqatta' slices

    2 mgħaref ġellewz imkisser (mhux imfarrak),

    Metodu:

    Poġġi l-irkotta u l-cream cheese f'bieqja u itħan b'hand blender. Żid iż-żejt taż-żebbuġa u l-meraq tal-lumi, u erġa' itħan. Ħallat magħhom il-basla u t-tewm maħkuk u poġġi t-taħlita fil-fridge għal siegħa mill-inqas.

    Sajjar nofs it-tadam fiż-żejt taż-żebbuġa. Żid il-ħabaq u poġġi fil-fridge.

    Poġġi s-slices tal-baguette fuq dixx tal-forn. Qattar ftit żejt fil-wiċċ u aħmi ġol-forn f'temperatura ta' 170 grad Celcius għal xi seba' minuti. Ara li ma taħraqx il-ħobż.

    Meta jiksaħ il-ħobż dellek saff taħlita tal-irkotta, saff tadam imsajjar u fil-wiċċ poġġi t-tadam nej imħallat u mqatta' flieli. Żejjen bil-weraq tal-ħabaq u biċċiet tal-ġellewż qabel ma sservi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Kalamita fuq ONE.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0