Kejk tal-qastan u n-naspli

  • Apr 28, 2015 10:53
  • Miktub minn
"

    Għandek bżonn:

    3 kikkri dqiq self-raising

    kuċċarina bikarbonat

    niskata vanilla

    qoxra ta' kwart ta' larinġa

    kikkra ħafur

    100g qastan

    Għarbel id-dqiq u żid dawn l-ingredjenti flimkien u itħan kollox. Ħawwad sakemm it-taħlita tiġi lixxa.

    Ġo skutella oħra ħallat:

    4 bajdiet

    1 yoghurt

    meraq ta' larinġa

    6 naspliet imqaxxrin u mqattgħin

    200g żbib isfar

    100g qastan imsajjar

    Ipprepara għall-wiċċ:

    100g naspli mqaxxar u maqsum min-nofs

    100g qastan imsajjar

    Metodu:

    Ħallat l-ingredjenti nexfin mal-likwidu u ħawwad b'idejk bil-mod u mhux ħafna. Poġġi t-taħlita ġo dixx tal-kejkijiet midluk biż-żejt jew butir. Żejjen il-wiċċ bin-naspli u l-qastan. Sajjar fil-forn f'temperatura ta' 170 grad Celcius għal 35 minuta.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Kalamita fuq ONE.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0