Missjoni diffiċli għal Birkirkara iżda mhux impossibbli

  • Lul 12, 2012 09:40
  • Miktub minn Roberto Debrincat

    Bir-riżultat ta’ 2-2 li kisbu f’pajjiżna kontra Metalurg Skopje fl-ewwel leg tal-Ewwel Rawnd Preliminari tal-UEFA Europa League, Birkirkara llum jittamaw li jiksbu r-riżultat li għandhom bżonn biex ikunu huma li jiksbu l-kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss.

    Fil-logħba tal-ġimgħa li għaddiet, li ntlagħbet fil-Hibernians Stadium, it-tim immexxi minn Paul Zammit għal darbtejn ir-nexxielu jirkupra minn żvantaġġ ta’ gowl filwaqt li ta’ min jirrimarka li tul id-90 minuta, il-Karkariżi kienu l-aħjar tim fil-grawnd.

    F’din il-logħba, Zam-mit kien għażel din il-formazzjoni inzijali: Rue-ben Gauci, Rodrigo Pereira, Paul Fenech, Shola Shodiya, Nikola Vukanac, Ryan Camenzuli, Joselito Dos Reis, Joseph Zerafa, Ryan Scicluna, Jorge Santos u Rowen Muscat, filwaqt li Jean-Pierre Mifsud Triganza u Fabian Zammit daħħlu bħala sostituti fit-tieni taq-sima b’tal-ewwel jiskorja l-gowl li għamel l-iskor finali 2-2.

    Għal-logħba tal-lum, li se tintlagħab fil-Bashkimi Stadium u tibda fil-5.00pm taħt il-kontroll tar-referi Awstrijak, Alexander Har-kam, Zammit jista’ jink-ludi lil midfielder inter-nazzjonali Malti, Gareth Sciberras, li kien nieqes fil-logħba ta’ ġimgħa ilu.

    Bir-riżultat miksub f’pajjiżna, m’hemm l-eb-da dubju li t-tim mir-Repubblika tal-Maċedonja se jibda dan il-konfront bħala l-favorit li jikseb il-kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss, iżda l-wirja li taw fl-ewwel leg, għandha timla’ lil Karkariżi bil-kuraġġ li għalkemm l-missjoni li jri-du jilħqu hija diffiċli, żgur li m’hijiex waħda mpossibbli.

    Għal Karkariżi huwa meħ-tieġ li jiksbu draw ta’ 3-3 biex jikkwalifikaw kif ukoll rebħa, anki dik minima ta’ 1-0, filwaqt li l-avversarji tagħhom jikkuntentaw ruħhom bi dro ta’ 0-0 jew 1-1.

    Fl-istaġun li għadda l-Karkariżi ħadu sehem fl-istess kompetizzjoni meta huma sfaw eliminati mit-tim Albaniż ta’ KS Vllaznia Shkodër b’aggregate ta’ 2-1.

    F’kummenti li ta’ Zammit dwar din il-logħba, huwa saħaq li t-tim immexxi minnu se jibda fi żvantaġġ minħabba l-fatt li sofra żewġ gowls f’daru. Fl-istess waqt huwa kompla li Birkiakara se jagħmlu dak kollu possibbli biex jiksbu l-aħjar riżultat possibbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook