Il-Pawlisti jimmiraw għal riżultat pożittiv

  • Lul 12, 2012 09:35
  • Miktub minn Roberto Debrincat
"

    Wara t-telfa ta’ 5-2 li sofrew fl-ewwel leg tal-Ewwel Rawnd Preliminari tal-UEFA Europa League kontra FK Sarajevo barra minn xtutna, illum Hibernians jittamaw li jiksbu riżultat pożittiv fil-logħba tat-tieni leg kontra t-tim mill-Bosnja-Herzegovina.

    Fil-logħba ta’ ġimgħa ilu l-Pawlisti taw wirja mill-aqwa tant li minkejja li fuq il-karta l-avversarji tagħhom kienu aktar ikkwotati minnhom, it-tim immexxi minn Michael Woods kien saħansitra fil-vantaġġ ta’ 2-1 sa nofs l-ew-wel taqsima.

    Iżda fit-52 minuta waslet it-tkeċċija ta’ Rodolfo Soares u minn hemmhekk, FK Sarajevo ħadu kontroll tal-logħba biex irnexxielhom jiskorjaw żewġ gowls fl-aħħar minuti għal skor finali ta’ 5-2.

    F’din il-logħba, il-Pawlisti bdew b’din il-formazzjoni: Mario Muscat, Edward Herrera, Adrian Pulis, Ryan Camilleri, Rodolfo Soares, Marcelo Dias, Andrew Cohen, Bjorn Kristensen, Jackson Lima, Jason Vandelanniote u Jean Paul Farrugia, filwaqt li Stephen Pisani u Tristan Caruana daħħlu fit-tieni taqsima.

    Għal-logħba tal-lum, Hibernians se jkunu mingħajr Soares li se jkun qed jiskonta sospensjoni bil-formazzjoni inizjali ta’ Woods mistennija li tkun dik bħal ta’ ġimgħa ilu b’post Soares mistenni li jimtela’ minn Pisani.

    Din il-logħba se tintlagħab fil-Hibernians Stadium u tibda fis-7.30pm bir-referi jkun l-Ungeriż, Adàm Nemèth.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0