Jekk tħobb il-musicals...

  • Apr 20, 2015 14:26
  • Miktub minn

    Jekk tħobb il-musicals, m'għandekx titlef l-ispettaklu “Don’t Stop Believing! A musical journey”, li se jittella' fil-Birgu fl-ewwel tlett ijiem ta' Birgu u li se jeħodna fuq vjaġġ ta’ wħud mill-aqwa musicals famuzi fosthom Evita, Chicago, Mamma Mia u Grease.

    Il-KFSL u s-SZP Birgu għal dawn l-aħħar tletin sena organizzaw diversi attivitajiet mużikali u teatrali fil-Birgu. L-aktar xogħol riċenti għal dawn iż-żgħżagħ kien dak tas-sena l-oħra - ir-riproduzzjoni tar-rock opera “Jesus Christ Superstar”.

    Dan il-grupp jaf il-bidu tiegħu lura fis-snin sebgħin u ġenerazzjoni wara oħra ppreżentaw diversi xogħlijiet mużikali ta’ suċċess. Għal uħud miż-żgħażagħ li jiffurmaw il-parti l-kbira tal-grupp, din hija l-ewwel esperjenza tagħhom fejn jippreżentaw ruħhom fuq palk quddiem udjenza kbira. Kull membru tal-cast u crew trabba f’din is-sala u għalhekk l-ispirtu żagħżugħ jibqa’ jinħass, anke fost l-anzjani tal-grupp li kienu u għadhom jagħtu kontribut kontinwu f’shows bħal dawn.

    L-isem ta’ dan is-show ma setax ikun aħjar, għax qed jinkoraġġixxi lil dawn iż-żgħażagħ biex jibdew u jibqgħu jemmnu fihom infushom. Dawn il-musicals popolari ser jingħataw ħajja ġdida u żagħżugħa b’togħma aktar vibranti li żgur ser tħalli effett pożittiv fl-udjenza li ser tmur tara dan ix-show.

    Biex tibbukkja, ċempel fuq 99207283.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0