Jinfetaħ uffiċjalment “il-ġnien sigriet” tal-President

  • Apr 18, 2015 16:35
  • Miktub minn

    Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca dalgħodu fetħet uffiċjalment il-bibien ta’‘The President’s Secret Garden’, proġett li huwa parti miċ-‘Children’s Hub’ immirat għat-tfal ta’ kull età organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà. Għall-okkażjoni tal-lum, il-President għaqqdet dan il-ftuħ mal-Jum Dinji tal-Ktieb biex b’hekk, iktar tfal jitrawwmu fil-kotba u fil-qari.

    Fil-ġnien privat tal-President mijiet ta’ tfal u ġentiuri tagħhom attendew bi ħġarhom għal attivitajiet informali u edukattivi fosthom qari ta’ stejjer lit-tfal f’diversi rkejjen tal-ġnien u attivitajiet oħra li jedukaw u jferrħu lit-tfal.

    Il-President spjegat kif dan il-proġett qed isir wara li fis-sajf beda l-proġett ‘Bravi’, programm li jimmira biex jiżra’ messaġġi pożittivi fit-tfal. Wara li dan il-proġett kien ta’ suċċess, il-Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-soċjetà ġabet b’kollox ħames programmi edukattivi tat-tfal, fejn b’mod informali jingħata spazju biex it-tfal jesprimu ruħhom u jimirħu fil-ħiliet tagħhom.

    Il-President qalet li ‘The President’s Secret Garden’ qed iseħħ wara sensiela twila ta’ konsultazzjoni mat-tfal li talbu għal iktar spazji miftuħa fejn jilgħabu u jimirħu fil-kreattività tagħhom.

    ‘The President’s Secret Garden’ beda joffri ħames programmi varji lil tfal ta’ kull età. Il-proġetti huma ‘Bravi’, proġett li jiżra’ messaġġi pożittivi fit-tfal; il-proġett ‘Aqra Miegħi’ li jiżra’ l-imħabba tal-qari tal-kotba fit-tfal; il-proġett ‘Fonzu l-Fenek’ li jimmotiva lit-tfal biex jieklu iktar ħaxix u frott; il-proġett ‘Arti u Krafts’, u l-proġetti ta’ żfin kreattiv fejn biż-żfin, it-tfal jitgħallmu jesprimu ruħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Apr 18, 2015

    Grazzi Sinjura President ta' din l-opportunita li niltaqghu mieghek. Hin verament rilassanti. Prosit tal-organizzazzjoni fl-attivitajiet tieghek.

    Irrispondi