446 ‘barranin’ jaħdmu fil-lukandi Maltin bil-permess

  • Lul 12, 2012 09:22
  • Miktub minn Aleander Balzan
"

    Skont statistika tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), huma 446 il-ħaddiema barranin li jaħdmu fil-lukandi Maltin bil-permess. Meta ngħidu ħaddiema barranin inkunu qegħdin nifhmu ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea hekk kif minħabba l-libertà tal-moviment tal-persuni ħaddiema mill-UE m’għandhom bżonn ebda permess. Dan bl-eċċezzjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija, li għad għandhom perjodu ta’ tranżizzjoni u għalhekk iridu jitolbu permess speċjali.

    Persuna li l-industrija tat-turiżmu f’Malta tafha sew argumentat ma’ inewsmalta.com li n-numru huwa ferm ikbar minn hekk. “Hawn iktar minn kwart tal-ħaddiema fil-lukandi Maltin li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea,” argumenta dan is-sors għalkemm meta ċċekjajna ma’ sorsi uffiċjali dan ma kienx ikkonfermat. Minkejja dan mhux eskluż li hawn mijiet ta’ ħaddiema mingħajr permess bis-sors isemmi lukanda fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta li għandha kwart tal-ħaddiema minn barra l-UE.

    Mistoqsi minn inewsmalta.com, Tony Zahra, President tal-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA), qal li l-organizazzjoni li jmexxi hu ma żżommx din it-tip ta’ statistika. Żied li tant hemm proċessi burokratiċi li ftit huma dawk li jipprovaw jimpjegaw persuni minn barra l-UE.

    Zahra żied jgħid li kull maniġer tar-riżorsi umani jixtieq jimpjega Maltin. “Minkejja dan jidher li llum il-Maltin huma inqas entużjasti li jaħdmu fl-industrija tal-ospitalità. Din tirrifletti t-talbiet li qegħdin jagħmlu l-Maltin u l-livell ta’ rabta tagħhom mal-impjieg.

    La Malta hija membru tal-Unjoni Ewropea u konsegwenza ta’ hekk iċ-ċittadini Ewropej għandhom l-istess drittijiet tal-Maltin huwa korrett li maniġer tar-riżorsi umani ma jiddiskriminax bejn in-nazzjonalità u għandu jimpjega lil dawk li jaħseb li huwa l-aħjar għall-impjieg,” temm jgħid Zahra.

    Il-Bulgarija, l-Eritreja u n-Niġerja huma l-pajjiżi li minnhom ġejjin l-ikbar numru ta’ barranin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0