Il-popolazzjoni anzjana mistennija tirdoppja sal-2050

  • Apr 14, 2015 13:57
  • Miktub minn Albert Gauci Cunningham

    Waqt intervent f’seminar tal-Forum Nazzjonali tat-Trejd Unjins li tratta l-anzjanità attiva permezz ta’ negozjar kollettiv.Dr Marvin Formosa, permezz ta’ grafika, spjega kif il-poplazzjoni Maltija li għandha ‘l fuq minn 64 sena mistennija tirdoppja, fil-fatt sal-2050 it-tbassir huwa li l-persentaġġ ta’ dawk li għandhom iktar minn 64 sena se jiżidiedu għal 28.2% mit-13.7% bħalissa. Din iż-żieda ta’ 14.5% tfisser li l-popolazzjoni Maltija se tkun qed issir aktar anzjana hekk kif il-persentaġġi ta’ dawk taħt din l-età se tonqos b’mod konsiderevoli.

    Mill-informazzjoni li pprovda Formosa huwa mbassar li sal-2050 persuni f’pajjiżna ben il-15 u l-64 sena se jonqsu b’madwar 10%, biex minn 69.1% tal-popolazzjoni jinżlu għal 59.5%. Spjega wkoll kif Malta għandha storja mħallta fil-qasam tal-anzjanità attiva, b’riżultati pożittivi u ċifri oħrajn li dwarhm għad irid isir ammont ta’ xogħol. B’kollox f’Malta hawn bħalissa 11,000 persuna anzjana jew bil-pensjoni li baqgħu fid-dinja tax-xogħol, li għalkemm huwa numru sabiħ xorta jirrapreżenta 1.9% biss mill-poplazzjoni, meta fl-Unjoni Ewropea l-medja ta’ anzjani fid-dinja tax-xogħol huwa ta’ 5.6%. Fl-Istati Uniti il-persentaġġ ta’ anzjani li jibqgħu fid-dinja tax-xogħol, jiżdied sew u jitla’ għal 18.5%, xi ħaġa li tista tirrifletti l-fatt li f’dan il-pajjiż, kuntrarjament għall-Ewropa. m’hemmx pensjoni offruta mill-Gvern b’mod awtomatiku, għajr għal numru ta’ ħaddiema tal-Gvern.

    Malta hija fost l-aħħar fl-istatistika li turi kemm hemm anzjani li jibqgħu fid-dinja tax-xogħol filwaqt li waqt preżentazzjoni li għamel il-kelliem tal-Eurofound Oscar Vargas Llave turi kif f’Malta in-nies jaħdmu għal medja ta’ 33 sena, ikkumparat mat-30 sena li jaħdmu it-Taljani. Minn naħa l-oħra indikatur pożittiv huwa li pajjiżna huwa fost l-inqas pajjiż fejn ħaddiema fid-dinja tax-xogħol illum jaħsbu li ma jistgħux ikomplu jaħdmu wara li jilħqu l-età tal-pensjoni. Rigward l-età meta persuni jieqfu mix-xogħol Malta hija sena inqas mill-medja Ewropea, bil-Maltin jirtiraw, bħala medja, meta jkollhom 60 sena u madwar l-UE ta’ 61 sena.

    Formosa spjega kif hemm diversi raġunijiet għalfejn nies jieqfu mix-xogħol l-aktar tkeċċija jew tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema u raġunijiet ta’ saħħa, problemi matrimonjali u dark ta’ negozju. Hemm ukoll il-fatturi ta’ iktar indipendenza finanzjarja jew inqas piżijiet hekk kif jonqsu il-persuni li jgħixu fl-istess dar.

    X’qed tipproponi il-politika nazzjonali dwar l-anzjanità attiva?

    Filwaqt li fakkar kif fil-passat Gvernijiet setgħu għaddew messaġġi kunflinġenti minħabba skemi ta’ rtirar kmieni, fakkar ukoll kif il-politika nazzjonali għall-Anzjanità Attiva, mnedija minn dan il-Gvern, qed tagħmel diversi proposti, fosthom li anzjani li jibqgħu fid-dinja tax-xogħol ikun hemm kundizzjonijiet xierqa, edukazzjoni vokazzjonali kontinwa, servizzi relatati ma’ impjiegi, tnaqqis konra d-diskriminazzjoni, benefiċċji ta’ taxxa u opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja.

    Malta tista tkun mudell f’prattiċi tajbin

    Meta kienet qed titkellem fil-bidu tas-seminar il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca sostniet li pajjiżna jista tkun mudell fil-qasam minn fejn ikunu “esportati” prattiċi tajbin fil-qasam tal-anzjanità attiva. Qalet li għalkemm huwa pożittiv li Malta għandha politika nazzjonali tal-anjanità attiva din għandha tkun dejjem iggwidata minn sens ta’ ġustizzja soċjali.

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana fakkret fil-ħidma tal-Gvern li bil-politika strateġika għall-anzjanità attiva qed jinkoraġixxi lil persuni ta’ età akbar biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol. “Waħda mill-prioritajiet hija kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-ħaddiema akbar fl-età u r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħtiġijiet relatati mal-kura” sostniet Caruana li saħqet ukoll dwar l-importanza li jkun hemm gwida vokazzjonali aħjar biex b’hekk jiżdiedu n-numru ta persuni ta’ età akbar fis-suq tax-xogħol.

    Tkellem ukoll id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister fil-qasam tal-Anzjanità Robert Cutajar li semma l-bżonn li jitwaqqgħu l-barrieri soċjali li ma jħallux anzjani jimxu ‘l quddiem f’ħajjithom.

    Għal dan is-seminar attendew ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb u l-President tal-GWU Victor Carachi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0