L-ewwel xogħol teatrali f’Malta bl-użu tal-lingwa tas-sinjali

  • Apr 13, 2015 10:02
  • Miktub minn
"

    Theatrencore se jtella’ verżjoni teatrali ta' ‘Children of a Lesser God’,wieħed mill-iktar films magħrufin tas-snin tmenin.

    Id-dramm jirrakkonta storja ta’ mħabba bejn tfajla truxa u l-ispeech therapist tagħha. Bħal ħafna stejjer tal-imħabba, il-bidu jkun ward u żahar. Imma malli dawn it-tnejn jiżżewġu, jibda jinqala’ l-inkwiet. It-tfajla t-truxa tibqa’ tinsisti li n-nies ta’ madwarha għandhom jikkomunikaw magħha permezz tas-sinjali, u tirrifjuta li titgħallem titkellem. Dan kollu jwassal għal tensjoni kbira fil-ħajja tal-miżżewġin.

    Dan huwa l-ewwel xogħol teatrali f’Malta li ħa jittella’ bl-użu tal-lingwa tas-sinjali, b’talli mod li n-nies neqsin mis-smigħ ikunu jistgħu jifhmu wkoll. Minkejja l-użu tas-sinjali, id-dramm jinftiehem ukoll anki min-nies li m’għandhomx għarfien ta’ din il-lingwa.

    Id-dramm jistrieħ ħafna fuq l-użu tas-sensi, partikolarment is-sens tax-xamm, biex l-ispettaturi jħossuhom parti mill-azzjoni ta' fuq il-palk. Fil-partijiet ewlenin insibu lil Charles Sammut u lil Sharon Bezzina, flimkien ma’ Joseph Zammit, Mariella Muscat, Stefan Farrugia, Monica Attard u Alexandra Camilleri Warne.

    Din il-produzzjoni ħa jkollha direzzjoni ta’ Tyrone Grima u ħa tittella’ fit-teatru Blue Box, M Space, l-Imsida, fl-1 u t-2 ta’ Mejju. Dan il-proġett huwa megħjun mill-Malta Arts Fund.

    Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn: http://bluebox.azurewebsites.net/


    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0