Aġġornat: “Irrid nibqa’ Malta mal-familja tiegħi”

  • Lul 12, 2012 06:17
  • Miktub minn Aleander Balzan
"

    Din hija l-karba ta’ Ella, tifla ta’ għaxar snin, ftit sigħat qabel ma’ jkompli l-każ fil-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta dwar jekk it-tifla għandiex tintbagħat l-Ingilterra biex ikunu l-Qrati Ingliżi li jiddeċiedu jekk għandiex tibqa’ tgħix Malta ma’ missierha jew ir-Renju Unit ma’ ommha.

    Ella, li dejjem għexet ma’ missierha, għamlet appell lill-awtoritajiet Maltin quddiem il-kameras ta’ inewsmalta.com. “Irrid nibqa’ Malta mal-familja tiegħi,” qalet Ella. It-tifla fissret ukoll il-biża’ tagħha li jkollha tmur lura lejn l-Ingilterra biex tgħix ma xi ħadd li “ma tafux.”

    Min-naħa tiegħu l-missier tkellem dwar kif dan il-każ spiċċa quddiem il-Qrati Maltin u dwar kif il-vuċi tat-tifla ma nstemgħetx mill-awtoritajiet Maltin.

    10:57 Illum fil-Qorti

    Hekk kif illum kompla jinstema' l-każ ta' Ella, l-avukat difensur Aaron Mifsud Bonnici talab biex ikun hemm estensjoni tal-ordni tad-digriet biex ma tiġix esegwita l-ordni tal-qorti, sakemm toħroġ id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali.

    Il-qorti ppresduta mill-Imħallef Joseph Azzopardi laqgħet it-talba. L-avukat talab lill-qorti wkoll, biex tikkunsidra l-interessi tat-tifla, għalhekk talab lill-qorti biex tinnomina avukat biex jassisti lit-tifla. Il-qorti ma laqgħetx din it-talba. L-imħallef qal li se jkun hu stess li se jisma' lit-tifla. Huwa qal li t-tifla se titħalla titkellem fil-libertà kollha, mingħajr il-preżenza tal-ġenituri tagħha.

    Il-każ se jitkompla nhar l-Erbgha 18 ta' Lulju, filwaqt li d-deċiżjoni finali mistennija tittieħed fl-20 ta' Lulju. L-imhallef se jisma' lit-tifla qabel jitkompla l-każ.

    Intant, eluf ingħaqdu fi grupp fuq Facebook biex jappoġġjaw ix-xewqa tat-tifla.

    Ritratt: Roger Azzopardi / Filmat: Charles Marsh

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0