73 sena mindu ngħatajna l-George Cross

  • Apr 09, 2015 17:09
  • Miktub minn
"

    L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, nhar it-Tlieta 14 t’April se tiċċelebra u tfakkar l-għotja tal-George Cross, f’għeluq il-73 sena minn meta dan l-unur ingħata lil poplu Malti u Għawdxi.

    L-MTA se torganizza ċerimonja kommemorattiva fejn se jsiru diversi xenetti qosra akkumpanjati minn narrazzjoni storika li tirrakkonta l-istorja mqanqla ta’żmien it-Tieni Gwerra Dinjija kif seħħet f’ Malta. Fix-xenetti jieħdu sehem re-enactors kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-baned tal-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta’ Malta.

    Ta’ min ifakkar li l-George Cross ingħata lilna mil-Monarkija Ingliża, bħala apprezzament lejn il-kuraġġ u l-għaqal li l-Maltin urew matul il-Gwerra u għalhekk jifforma parti mil-identità nazzjonali tagħna. Ir-Re Ġorġ VI, fl-15 ta’ April, 1942, kien ħabbar l-għotja ta’ dan l-unur lil poplu Malti, minn Buckingham Palace. Filwaqt li fit-13 ta’ Settembru 1942, waqt ċerimonja, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt Valletta, l-Gvernatur ta’ Malta, Lord Viscount Gort, għadda dan il-gieħ nazzjonali, lil Prim Imħallef Sir Ġorġ Borg, f’isem il-Poplu Malti.

    Il-pubbliku hu ġentilment mistieden jattendi għall-din iċ-ċelebrazzjoni li se tfakkar il-wirt storiku u nazzjonali tagħna. Id-dħul fi Pjazza San Ġorġ hu mingħajr ħlas u għalhekk nirrikomandaw lil min jixtieq jattendi sabiex iċempel biex jirriżerva post. Għal-aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu lil Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq in-numru 22915440/1.

    Din iċ-ċelebrazzjoni hija biss waħda mill-ħafna avvenimenti li jiġu organizzati minn naħa ta’ l- Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Fost oħrajn dawn l-avvenimenti jinkludu l-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar, li se ssir bejn 25, 30 t’April u 2 Mejju, l-Isle of MTV fis-7 ta’ Lulju u l-Festival Internazzjonali tal-Korijiet (bejn 29 t’Ottubru u l-1 ta’ Novembru 2015),. Għal aktar wieħed jista’ jżur is-sit: http://www.visitmalta.com/en/events-archive

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0