ASM tattendi l-Kungress tal-UEM fis-Serbja

  • Lul 11, 2012 17:55
  • Miktub minn

    L-Assoċjazzjoni Sport Muturi (ASM), kienet rappreżentata minn Frans Deguara President ASM u Johann Pace s-Segretarju l-ġimgħa li għadiet, meta dawn attendew għall-Kungress tal-‘European Union for Motorcycling’ (UEM),. Dan sar bejn nhar it-28 ta’ Ġunju sal-1 ta’ Lulju fis-Serbja fil-Belt ta’ Belgrade.

    Din kienet l-ewwel esperjenza li Malta attendiet għal dan il-kungress li għandu x’jaqsam mal-Motorsport tal-muturi ta’ kull tip. Dan kien possibbli bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Isport. Kienu erbat’ijiem ta’ ħidma bla waqfien sa mill-ewwel ġurnata meta l-ASM attendiet il-Kunsill Sportivi tal-UEM fejn ġew diskussi diversi problemi li jiltaqgħu magħhom il-Federazzjonijiet Ewropej tul l-aħħar sena. Hawnhekk kien jidher biċ-ċar li mhux Malta biss ikollha l-problemi f’dan il-qasam sportiv. Fit-tieni ġurnata l-ASM ipparteċipat f’żewġ Kummissjonijiet, dik Motocross li tolqot lilna direttament kif ukoll dik ta’ ‘Track Racing’.

    Din il-ġurnata kienet waħda importanti għall-fatt li beda x-xogħol direttament fuq l-ASM meta Uffiċjali tal-UEM offrew l-għajnuna tagħhom biex il-korsa l-ġdida li se ssir f’Malta tkun waħda li tilqa’ tiġrijiet mhux biss Nazzjonali iżda wkoll dawk fuq skala Ewropea organizzati mill-UEM u FIM. L-ASM preżentat ukoll il-pjanti tat-‘track’ il-ġdida u l-ewwel impressjoni kienet waħda pożitiva minkejja li hemm bżonn li jsiru xi modifiki. Dan jirrifletti sinjal pożittiv li l-ASM qegħdin miexjin fit-triq it-tajba. Peter Hansen mistenni jibgħat r-reazzjoni tiegħu wkoll fil-ġranet li ġejjin flimkien ma’ dawk tal-Inġineer Adamo Leonzio li jista’ jagħti l-każ li jigi Malta dwar dan is-suġġett.

    Is-Sibt l-iktar ġurnata important. Kien il-jum tal-Laqgħa Generali tal-Kungress fejn l-ASM assistita wkoll minn Cav. Franco Buchieri ta’ Ragusa kienet qiegħda tieħu sehem mas-47 pajjiż Ewropej fl-ikbar deċiżjonijiet important tal-UEM. Minbarra li kien approvat ir-rapport finazjarju 2011 ġie approvat ukoll il-pakket finanzjarju għall-2012. L-ASM kienet involuta f’kull deċiżjoni mittieħda bil-vot daqs kull pajjiż fl-Ewropa minkejja il-kobor tagħhom jew iċ-ċokon ta’ Malta. Xi ħaġa interessanti wkoll hija li konna involuti fid-deċiżjoni fejn ġie analizzat il-possibbiltà tal-bidla tal-isem UEM bil-possibbiltà li jiġi FIM Europe. Dwar dan kien deċiż li se jiġi mlaqqa’ “Assemblea Straordinarja” biex tigi analizzata sew din il-proposta. Dan se jsir fl-1 ta’ Diċembru li ġej f’Monaco fejn l-ASM huwa importanti li terġa’ tkun preżenti.

    L-Ufficjali preżenti tal-ASM għamlu proposta biex il-Kungress tal-UEM 2015 isir f’Malta. Din intlaqat tajjeb mill-Uffiċjali tal-UEM u mistennija titressaq għall-vot f’Diċembru li ġej.

    L-aħħar ġurnata kienet waħda dedikata għal-‘Road Safety’ iżda il-Kungress għalaq b’laqgħa ghas-Segretarji kollha preżenti ta’ kull pajjiż fejn ġew imħabbrin il-proġetti li l-UEM għandha għas-sena 2012/13. L-Uffiċjali tal-UEM Mr Vincenzo Mazzi President, kif ukoll is-Segretarju Alessandro Sambuco rringrazzjaw lil Malta tas-sehem utli tagħha f’dan il-kungress. L-Uffiċjali tennew li huwa important li Malta tkun preżenti f’kull kungress għall-fatt li tkun qiegħda tgħaqqad iktar il-kontinent Ewropew mal-kontinent Mediterranju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook