Sittin plejer żgħir minn 13-il pajjiż Ewropew ħadu sehem fil-VLTC Kettle Chips European Junior Tournament li ġie organizzat mill-Vittoriosa Lawn Tennis Club b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis.
It-turnament intlaghab bejn it-2 u s-7 ta’ Lulju u kien ta’ Kategorija 3 fil-Kalendarju tat-Tennis Europe ta’ taħt l-14-il sena.
Il-kompetizzjoni kienet karatterizzata minn livell tabilħaqq għoli u pjaċevoli ta’ tennis b’kontingent qawwi ta’ plejers Russi jħallu impressjoni tajba meta rebħu l-parti l-kbira tal-unuri. Sadanittant it-turnament ukoll serva ta’ esperjenza tajba għat-tennisti żgħar Maltin fejn setgħu jikkompetu kontra plejers Ewropew b’ħiliet tassew impressjonanti. Fost il-Maltin, Katrina Sammut irnexxielha tilħaq sal-kwarti-finali tas-singles meta għelbet lil Tatsiana Burdyka tar-Russja f’logħba mill-isbaħ iżda mbagħad tilfet mat-‘top seed’ Ekaterina Korzhova tar-Russia.
Is-singles tas-subien kienet bejn Vasileios Iliopoulos tal-Greċja u Finn Bass tal-Gran Brittannia. Din il-finali kienet wirja mill-isbaħ ta’ kif għandha tkun il-logħba – sahha fl-istroke imżewqa b’finezza fil-volley. Iż-żewg plejers lagħbu logħob eċċezzjonali, bil-Grieg jirbaħ bl-iskor ta’ 6-4, 6-3.
Fis-singles tal-bniet, li ntlaghbet fl-Atlas Insurance Court tal-VLTC, Kristina Kamskaya tar-Russja iltaqgħet mal-kompatrijotta taghha Ekaterina Korzhova f’logħba eċċitanti kkaratterizzata bi ground strokes miż-żewg naħat. Kristina baqgħet konsistenti biex rebħet bl-iskor ta’ 6-4, 6-4.
L-unuri għad-doubles tas-subien intrebħu minn Salvador Bandeira tal-Portugall u Alvaro Regalado ta’ Spanja li għelbu lit-tandem Russu Timiur Igamberdyev / Nikita Potatov 6-1, 6-3.
Id-doubles tal-bniet kienet kollha kemm hi Russa, fejn Kristina Kamskaya u Ekaterina Korzhova għelbu lill-kompatrijotti taghħom Varvara Kuksina u Maria Smoylar 6-3, 6-3. Id-duo Maltin Katrina Sammut u Rebecca McCarthy laħqu s-semi-finali iżda hawn tilfu mat-‘top seeds’ u eventwalment ir-rebbieħa Kristina Kamskaya u Ekaterina Korzhova 6-2, 6-2.
Fl-aħħar tal-logħob, Twanny Camilleri, Segretarju tal-VLTC qassam it-trofej lir-rebbieħa u ‘runners-up’. Preżenti wkoll kien hemm Francis Sciberras, Direttur tal-European Tournaments tal-VLTC. L-organizzaturi rringrazzjaw lil Carlos Cluett, rappreżentant tal-Kettle Chips f’Malta, l-isponsors tat-turnament, kif ukoll lil Farsons li pprovdew l-ilma San Michel lill-plejers matul il-ġimgħa tal-kompetizzjoni.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.