Żeffiena Maltin bi spettaklu fl-Italja

  • Lul 11, 2012 16:41
  • Miktub minn

    Grupp ta’ żeffiena mid-Dance College Studios tal-Imsida għadhom kemm ħadu sehem f’‘show’ annwali organizzat mill-Iskola taż-Żfin Areadanza ta’ Livorno, l-Italja, fejn ġew imfaħħrin għall-ispettaklu li taw mill-għalliema tal-iskola.

    Il-11-il żeffiena tmexxew mill-prinċipal ta’ Dance College Studios, Kim Schembri. Mal-wasla tagħhom lura Malta, Schembri qalet li żjarat bħal dawn jiswew mitqlu deheb għall-istudenti.

    “L-istudenti jsaħħu s-sens ta’ kunfidenza li jkollhom fuq il-palk u jintebħu aktar kemm hu importanti t-taħriġ intensiv f’kulma jagħmlu f’ħajjithom,” qalet Schembri.

    Intant, riċentement studenta mid-Dance College Studios rebħet borża ta’ studju fl-Iskola Areadanza. Il-Kulleġġ Malti u l-Iskola Taljana ftehmu li jagħtu boroż ta’ studju lill-istudenti li jippromettu.

    Dawn jikkonsistu f’ġimgħa sħiħa ta’ taħriġ. Ann Chircop Beck li għandha 12-il sena kienet l-ewwel studenta Maltija li gawdiet minn din l-iskema. Min-naħa l-oħra, Chiara Mencacci, li wkoll għandha 12-il sena qattgħet ġimgħa titħarreġ f’Dance College Studios.

    Takkumpanja lil Ms Chircop Beck f’Livorno kien hemm Amy Spiteri li tiżfen u tgħallem f’Dance College Studios.

    Spiteri, li għandha 19-il sena u li hija studenta tal-komunikazzjoni fl-Università ta’ Malta għadha kemm għaddiet mill-Professional Dance Teachers Associate Examination in Freestyle tan-National Association of Teachers of Dancing tal-Ingilterra.

    Mistoqsija dwar iż-żjara fl-Italja, Spiteri qalet li “l-ġimgħa żfin fi skola barra minn Malta kienet esperjenza utli ħafna għal Ann u għalija.

    “Nixtieq ngħid grazzi lil Areadanza taċ-ċans li tawni biex ngħin fit-tagħlim tal-klassijiet taż-żgħar. Iż-żjara tagħna kienet waħda memorabbli, grazzi speċjalment għal Gaia Lemmi u Denise Sorti, li kienu ż-żewġ għalliema tagħna f’Livorno.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook