"Bżonn urġenti ta' LSAs" - MUT

  • Ott 05, 2012 17:20
  • Miktub minn

    F'konferenza tal-aħbarijiet il-Malta Union of Teachers (MUT), qalet li hemm bżonn urġenti li jkunu ngaġġati 'LSAs on call' biex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna tant vitali lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali. Dan għal meta l-LSA tagħhom tkun ma tiflaħx jew fuq leave speċjali.

    Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet l-MUT qalet li r-riforma tal-kulleġġi ma kellhiex iġġib magħha żieda fil-burokrazija anzi bil-maqlub. L-MUT appellat biex isir sforz biex proċessi burokratiċi żejda u ripetuti jkunu evitati minnufih. L-MUT tappella wkoll lill-awtoritajiet biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ riżorsi umani li jeżistu fejn jidħol xogħol klerikali u ta’ tindif. "L-ammont ta’ xogħol amministrattiv li jrid isir fl-iskejjel dejjem qed jiżdied u ftit li xejn tagħmel differenza l-kobor tal-iskola," saħaq Kevin Bonello, President tal-MUT.

    L-MUT tkellmet ukoll dwar il-ħtieġa li l-Kapijiet tal-iskejjel tal-istat jitħallew jiżvolġu x-xogħol tagħhom b’mod dinjituż. "L-ebda Kap ta’ Skola ma hu assistent tal-Prinċipal tal-Kulleġġ. Ma dan jiżdied li l-MUT tistenna li tiġi kkonsultata meta jittieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-kondizzjonijiet tax- xogħol," kompla jingħad.

    Intant, l-MUT tkellmet b'mod pożittiv dwar ix-xogħol kbir li sar mid-direttorati tal-edukazzjoni fejn jidħlu trasferimenti ta’ nies. "Fil-kuntest meta għandek diversi skejjel qed jagħlqu, jiċkienu jew jiftħu dan hu eżerċizzju diffiċli ħafna. Madanakollu l-Unjin tinnota b’sodisfazzjoni li saru konsultazzjonijiet xierqa magħha u ġew solvuti kważi l-intoppi kollha li nqalgħu," żied Bonello.

    L-MUT kellha kliem ta' tifħir għall-fatt li nżamm ir-ritmu ta’ bini ta’ skejjel ġodda u Campus tal-MCAST mill-FTS. Il-Union tawgura li dan ix-xogħol jibqa’ jsir bl-istess ritmu fis-snin li ġejjin u tittama li jkun hemm ukoll iktar investiment fil-manutenzjoni tal-iskejjel eżistenti.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0