The Journey: L-album il-ġdid tal-Winter Moods

  • Mar 05, 2015 12:02
  • Miktub minn

    Winter Moods nedew is-sitt CD album tagħhom waqt avveniment fil-Hard Rock Bar, Valletta Waterfront, ilbieraħ. L-album bl-isem The Journey ser ikun għall-bejgh mill-ħwienet tad-diski lokali u minn siti tal-internet minn għada l-Ġimgħa. Din is-sena hija wkoll it-tletin anniversarju minn meta Winter Moods ingħadqu bhala grupp.

    The Journey ġie rrekordjat mal-producer David Vella f’Temple Studios, il-Mistra, fl-2014. L-album ġie mmasterjat f’Metropolis Studios f'Londra minn John Davis, professjonista li dan l-aħħar ħadem fuq ir-reissue tal-katalogu tal-Led Zepplin ma’ Jimmy Page, kif ukoll fuq albums ta’ Lana Del Rey u Prodigy. Ed Dingli ħa ħsieb id-disinn u l-arti ta’ The Journey.

    Din il-ġimgħa Winter Moods ħarġu wkoll diska ġdida, it-tielet waħda minn The Journey, bl-isem ta’ ‘Flowers And Cash’. Il-vidjow ta’ ‘Flowers And Cash’ ġie ffilmjat minn Railway Studios u kien dirett minn Matthew James Borg.

    Waqt it-tnedija, Ivan Grech, kantant ta’ Winter Moods qal li, “Dawn l-aħħar tletin sena kienu esperjenza memorabbli. Rajna x-xena mużikali tevolvi u għadna għaddejjin, b’bosta stejjer x’nirrakkuntaw. The Journey għaqqadna u sfidana b’modi differenti, u kuntenti ħafna bir-riżultat.

    “Għal dan l-album erġajna għamilna ġranet ngħixu flimkien, bogħod minn kollox, u b’hekk kellna aktar ċans inkunu kreattivi flimkien, b'ideat ġodda u differenti. Għalhekk, barra t-timbru u l-istil tagħna, dan l-album għandu wkoll produzzjoni aktar esperimantali bi ħsejjes differenti li wħud minnhom saħansitra jfakkruna fit-tmeninijiet.”

    L-ewwel żewġ diski minn The Journey intlaqgħu tajjeb ħafna. Dawn kienu 'Days Of My Life’ u ‘Everlasting’.

    The Journey huwa ddedikata għall-memorja ta’ Steve Caruana Smith (Is-Serp),, eksmembru u wieħed mill-fundaturi ta’ Winter Moods, li miet fl-2012.

    Għal aktar informazzjoni dwar Winter Moods idħol f’www.wintermoods.net u segwi l-grupp fuq is-social media.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0