“Ħolqa” tgħaqqad żagħżagħ Ewropej fil-Junior College għal ċelebrazzjoni teatrali

  • Mar 03, 2015 20:10
  • Miktub minn

    “Ħolqa”, festival teatrali Ewropew għall-Istudenti, ser jgħaqqad f’pajjiżna gruppi ta’ żagħżagħ bejn is-16 u d-19 il-sena, minn seba’ pajjiżi Ewropej. Inewsmalta.com tkellem mad-Diirettur Artistiku ta’ dan il-festival, Roderick Vassallo, li saħaq kemm dan il-festival huwa verament uniku fil-ġeneru tiegħu.

    Dan il-festival qed jittella' mill-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela (Junior College), u Troupe 18:45, bl-għajnuna tal-Premju tal-President għall-Kreattività, Fondazzjoni Valletta 2018, Fondazzjoni Farsons, MTA u l-Kunsill Studenti Junior College. Ħolqa ser isir bejn id-9 u t-13 ta’ Marzu proprju fil-Junior College.

    Roderick Vassallo, li huwa wkoll id-Direttur Artistiku ta’ Troupe 18:45, spjegalna kif iż-żerriegħa għal Ħolqa nibtet sentejn ilu meta l-Junior College ħa sehem f’festival teatrali Ewropew f’Marsilja fi Fanza. Ix-xewqa tal-organizzaturi li jesportaw dan il-festival fl-Ewropa wasslet biex il-‘ħolqa’ tespandi u tasal f’pajjiżna. Għaldaqstant Ħolqa għandu konnessjoni mas-seba’ edizzjoni tal-Festival tat-Teatru Ewropew għal-Istudenti li tradizzjonalment kien isir f’Marsilja.

    Ħolqa, li qed jiġi organizzat f’pajjiżna għat-tieni darba, qed joffri l-opportunità lil dawk l-istudenti li jaħdmu fil-qasam tat-teatru lokali sabiex jiltaqgħu u jingħaqdu flimkien ma’ żgħażagħ u esperjenzi differenti. Is-seba' parteċipanti Ewropej huma: Franza, il-Ġermanja, l-Iżlanda, l-Italja, l-Irlanda, Spanja u Malta.

    Din hi opportunità unika għall-istudenti hekk kif il-festival iservi bħala pjattaforma għall-istudenti li juru interess fix-xena teatrali. Il-produzzjonijiet li se jittellgħu mill-gruppi se jingħataw il-kummenti u rispons minn ġurija professjonali fil-qasam, spjegalna Vassallo.

    Matul dan il-festival ħa jkun hemm numru ta’ attivitajiet, fosthom seba’ produzzjonijiet teatrali u taħriġ għall-parteċipanti f’aspetti varji tat-teatru. Finalment il-Junior College Soiree ser jagħlaq il-festival.

    Ir-rappreżentazzjonijiet huma miftuħa wkoll għall-pubbliku. Min hu interessat jista' jirriserva post fuq troupe18.45@gmail.com jew mill-paġna ta’ facebook, facebook.com/holqafestival.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0