Jiġġedded l-appuntament tat-Teatru Manoel BOV Performing Arts Festival

  • Mar 02, 2015 09:57
  • Miktub minn

    Il-Bank of Valletta u t-Teatru Manoel għadhom kif ġeddew il-programm ta’ din is-sena magħruf aħjar bħala Teatru Manoel BOV Performing Arts Festival. Dan il-Festival, ser iġib flimkien numru ta’ avvenimenti li ser jiftħu tieqa fuq is-sbuħija tal-arti tal-ispettaklu.

    Ray Attard, Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel u Kenneth Micallef, Kap fl-Uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta nedew l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival bil-palk tat-Teatru fl-isfond, li għandu kważi 300 sena.

    Il-Festival ser jilħaq il-qofol tiegħu bil-produzzjoni L’Elisir D’Amore ta’ Gaetano Donizetti, opra komika f’żewġ atti. Din ser tittella’ għall-ewwel darba nhar il-Ħamis 12 ta’ Marzu, u terġa’ ssir fit-13 u l-15 ta’ Marzu. Għalkemm huwa maħsub li Donizetti dam jikteb din il-biċċa xogħol sitt ġimgħat biss, din hija meqjsua bħala l-aqwa biċċa xogħol tiegħu sal-ġurnata ta’ llum.

    Abbinati ma’ dan l-istess Festival hemm żewġ attivitajiet oħra. Fl-1 ta’ April, Ruya Taner, ser tkun qed tagħti kunċert fuq il-pjanu bl-isem West meets East. Taner hija solista famuża ħafna li daqqet ma’ diversi orkestri rinomati mid-dinja kollha. Barra minn hekk hemm il-kunċert Toi Toi Big Band Concert – spettaklu għall-familja kollha flimkien mal-Big Band Brothers. Dan l-ispettaklu ser isir fil-5 ta’ April, nhar Ħadd il-Għid.

    Filwaqt li tkellem dwar l-involviment tal-Bank mat-Teatru Manoel, Kenneth Micallef spjega li, “Il-Bank of Valletta ilu li għaraf l-importanza tal-kultura bħala parti integrali minn edukazzjoni ħolistika. Il-kollaborazzjoni tal-Bank mat-Teatru Manoel tmur lura aktar minn għaxar snin, żmien li fih il-Bank ta s-sapport finanzjarju tiegħu sabiex ikunu jistgħu jittellgħu produzzjonijiet importanti, filwaqt li jqarreb aktar nies lejn id-dinja tat-teatru. Għaldaqstant, huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina li ninsabu hawn illum sabiex inħabbru edizzjoni oħra tat-Teatru Manoel BOV Performing Arts Festival.”

    Ray Attard saħaq fuq l-importanza ta’ investiment kontinwu fil-qasam tal-arti tal-ispettaklu. “Is-sapport, bħal dak mogħti minn Bank of Valletta, huwa kritiku sabiex inkomplu nkabbru l-imħabba lejn l-arti tal-ispettaklu fost il-popolazzjoni. Minbarra li jagħti spinta lill-impenn tagħna, dan l-istess sapport isaħħaħ il-pożizzjoni tat-Teatru Manoel bħala ħolqa importanti, mhux biss fl-istorja ta’ pajjiżna, iżda anke għall-preżent u l-futur, b’mod speċjali fil-preparamenti biex il-Belt Valletta tkun il-Belt Kapitali tal-Ewropa fis-sena 2018.”

    Wieħed jista’ jibbukkja ghat-Teatru Manoel BOV Performing Arts Festival li ser isir fit-Teatru Manoel, onlajn fuq www.teatrumanoel.com.mt jew billi jibgħat email fuq bookings@teatrumanoel.com.mt jew iċempel fuq 2124 6389.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0