Mixja informattiva għall-gwidi tat-turisti fiż-Żejtun

  • Fra 28, 2015 09:50
  • Miktub minn

    L-għaqda Wirt iż-Żejtun qed torganizza mixja informattiva fiċ-ċentru taż-Żejtun nhar il-Ħadd, 8 ta’ Marzu. Din l-attività hi maħsuba għall-gwidi tat-turisti u l-għan tagħha hu li żżid l-għarfien u trawwem l-interess fl-istorja u l-wirt kulturali ta’ din il-belt antika.

    L-attività ser tibda b’ħarsa lejn l-iżvilupp urban ta’ din il-belt. Il-partiċipanti ser ikollhom l-opportunità li jimxu f’uħud mit-toroq tal-qalba taż-Żejtun u tul din il-mixja ser jiskopru bini ta' importanza storika u arkitettonika.

    Wara se jmorru l-knisja parrokkjali ta’ Santa Katarina, fejn se jiġu mdawrin mal-knisja u murija l-altari u l-opri t’arti li jinsabu fiha. Se jżuru wkoll il-Mużew Parrokkjali l-ġdid. L-opri esebiti f’dan il-mużew huma kollha ta' importanza artistika u storika u huma marbutin mill-qrib mal-istorja taż-Żejtun.

    L-aħħar waqfa se ssir f’wieħed mill-ħwienet tax-xorb taż-Żejtun, li fih ikun hemm l-għana kull nhar ta’ Ħadd.

    Kull min hu interessat li jattendi, hu ġentilment mitlub jimla l-formola tar-reġistrazzjoni li tinsab fuq is-sit eletroniku tal-għaqda www.wirtizzejtun.com.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook