L-erbatax il-edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar

  • Fra 20, 2015 14:10
  • Miktub minn
"

    Għal-erbatax il-sena konsekuttiva, il-Ministeru ghat-Turiżmu, flimkien mal-Awtorità tat-Turiżmu, ser jorganizzaw il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar. Dan il-festival hu meqjus bħala avveniment importanti u uniku fil-Gżejjer Maltin. Il-festival iservi wkoll bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja li seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004.

    Mħeġġa bis- suċċess tal- attendenza kbira li kien hemm f’ Marsaxlokk is- sena l- ohra, l- organizzaturi ħasbu biex għal din is- sena l- ewwel serata tal- Festival terġa ssir ukoll f’Marsaxlokk, propju nhar is- Sibt 25 ta’ April u fil-Port il-Kbir il- Ħamis 30 ta’ April. Is-serata finali din id- darba ser ssir nhar is- Sibt 02 ta’ Mejju f’ Buġibba. Kull sena dan il-festival jiġbed eluf ta’ Maltin u barranin sabiex igawdu minn spettaklu kkulurit u mill-isbaħ, f’ ambjent tipiku Malti.

    Matul is-snin, ġew jikkompetu Malta numru kbir ta’ kumpanniji pirotekniċi. Fl-edizzjonijiet tal-passat ħadu sehem kumpaniji pirotekniċi mill-Awstralja, l-Kanada u l-Venezwela, kif ukoll minn pajjiżi aktar qrib tagħna bħal-Italja, l-Awstrija, Spanja u l-Polonja.

    F’din l-edizzjoni ser jieħdu sehem seba kumpaniji pirotekniċi, li ser joħolqu spettaklu mil-isbaħ tan-nar sinkronizzat mal-mużika. Il- kompetituri ġew maghżula minn numru ta’ applikanti. Tnejn minn dawn il-kumpaniji ser ikunu barranin. Il- parteċipanti li ser jikkompetu għall- Kompetizzjoni Internazzjonali tal- Pyromużika ser ikunu: Thailand Fireworks mit- Tajlandja, A.P.E di Parente Romualdo mill- Italja, St. Mary Fireowrks Factory minn Ħal- Għaxaq, Lourdes Fireworks Factory mill- Qrendi u St. Andrew’s Band Fireworks Factory minn Ħal- Luqa.

    Il- kumpaniji li ser jikkompetu għall- Kompetizzjoni Nazzjonali ser ikunu l-Maltin ta’Lourdes Fireworks Factory mill- Qrendi, St. Mary Fireworks Complex mill- Mġarr u s- Soċjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu mill- Mosta. Ir-rebbieħa ta’ dawn iż- żewġ kategoriji ser jingħataw trofew speċjali filwaqt li l-parteċipanti kollha jingħataw trofew kommemorattiv tal-okkażżjoni.

    Il- logħob tan- nar huwa tradizzjoni Maltija u jifforma parti integrali mill- Kultura ta’ pajjiżna. Il-Maltin huma magħrufin għall-imħabba tagħhom lejn il- logħob tan-nar, tant li ta’ spiss jintuża bħala parti miċ-ċelabrazzjonijiet li jsiru fil-Gżejjer Maltin, sew f’dawk reliġjużi, kif ukoll f’dawk sekulari. Il-logħob tan-nar Malti huwa wkoll meqjus bħala nar maħdum b’mod uniku u b’sengħa kbira.

    Għaldaqstant ta’ min jgħid li il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar, ta’ kull sena joffri opportunità speċjali, fejn wieħed jista’ jgawdi l-ambjent tal-irħula u l-bliet Maltin f’atmosfera mill-isbaħ.

    Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mis- sit elettroniku www.maltafireworksfestival.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0