F'Marzu d-debut għall-kumpanija nazzjonali taż-żfin kontemporanju

  • Fra 20, 2015 08:53
  • Miktub minn

    F’Marzu l-kumpanija nazzjonali taż-żfin kontemporanju ta‘ Malta, ŻfinMalta, se tniedi l-ewwel staġun tagћha b’erbgћa (4),, premiere li jikkonsisti f’erba‘ żifniet minn erba‘ korjografi differenti. Il-premiere se jsir fit-13 ta’ Marzu fl-MITP fil-Belt Valletta.

    Previews se jsiru fil-11 u t-12 ta’ Marzu u l-programm se jerġa’ jsir fl-14 u l-15 ta’ Marzu. Fil-21 ta’ Marzu se jsir fit-Teatru Astra f’Gћawdex. F’Gћawdex ukoll se jsir masterclass gћal żeffiena mћarrġa. Biljetti gћall-premiere jistgћu jinkisbu biss permezz ta’ stedina.

    “Il-viżjoni tiegћi gћal din il-kumpanija hija li filwaqt li jkollha reputazzjoni internazzjonali u tirrappreżenta l-ogћla benchmarks kontemporanji ta’ kwalità, tibqa’ kumpanija gћall-Maltin. Li nifhem il-legat tal-ewwel kumpanija nazzjonali taż-żfin hija responsabbiltà li jiena qiegћed nieћu b’serjetà kbira,” qal id-direttur artistiku ta’ ŻfinMalta Mavin Khoo.

    Mavin Khoo huwa magћruf bћala żeffien u korjografu ta’ fama internazzjonali. Huwa tћarreġ fil-Malasja, l-Indja, New York u Londra u ћadem ma’ żeffiena maġġuri bћal Akram Khan u Wayne McGregor u ġie kummissjonat mir-Royal Opera House u s-Southbank Centre f’Londra f’diversi okkażjonijiet, kif ukoll mill-Biennali ta’ Venezja u l-Canada Dance Festival, fost l-oћrajn. F’dawn l-aћћar snin huwa ddedika ruћu gћall-iżvilupp taż-żfin f’Malta filwaqt li kien membru tal-Fakultà fid-Dipartiment tad-Dance Studies fl-Università ta’ Malta. Huwa żamm profil internazzjonali attiv bћala żeffien/korjografu u rehearsal director u assistent korjografu tal-kumpanija magћrufa Akram Khan Company.

    Xogћlijiet li ġew ikkummissjonati apposta gћal dan il-premiere jinkludu Selah tal-korjografu Spanjol li jgћix fir-Renju Unit Jose Agudo (b’mużika ġdida ta’ Vincenzo Lamagna),, Iż-Żmien tal-korjografa Maltija Francesca Tranter (mużika ta’ Walter Micallef), u xogћol li jinkludi l-membri tal-kumpanija kollha mid-direttur artistiku Mavin Khoo (gћal Stabat Mater tal-kompożitur Italo-Malti tas-seklu tmintax Ġirolamo Abos),. Il-premiere jagћlaq b’xogћol li qed jerġa’ jittella’ gћall-kumpanija, id-dwett Kick the Bucket tal-korjografu internazzjonali bbażat fl-Olanda, Ivan Perez (b’mużika ta’ Aaron Martin),.

    “L-gћan tiegћi huwa li nibni kumpanija rikonoxxuta gћax-xogћol dinji u ta’ kwalità gћolja fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali u li fuq medda ta’ żmien jintgћaraf li huwa Malti, apprezzat minn fierxa wiesgћa tal-pubbliku. Il-ћolma tiegћi hija li ż-żfin u l-ћila taż-żeffiena ta’ ŻfinMalta jkun jagћmel ġieћ gћal Malta. L-isfida li gћandna quddiemna huwa li ninkwadraw din il-ћolma fir-realtà tal-industrija u naraw li sseћћ,” qal Mavin Khoo.

    Il-biljetti jiswew €15 il-wieћed gћall-performances kollha barra l-premiere - li huwa biss bi stedina; konċessjonijiet gћall-11 u 12 ta’ Marzu u gћall-performance ta’ Gћawdex biss jiswew €8 il-wieћed. Il-performance tibda fit-20.00. Aktar informazzjoni u biljetti jistgћu jinkisbu minn www.zfinmalta.org

    Il-masterclass ta’ Gћawdex se jsir fix-Xewkija Visual and Performing Arts Centre fid-19 ta’ Marzu bejn il-11.30 u s-13.00. Il-booking huwa fuq bażi first-come first-served; ibgћat email fuq info@zfinmalta.org. Il-masterclass huwa bla ћlas u huwa miftuћ gћal żeffiena mћarrġin (16+), ta’ livell intermedjarju jew ekwivalenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook