Aġġornat: Mara tintlaqat minn karozza ... fil-periklu tal-mewt

  • Ott 02, 2012 22:04
  • Miktub minn John Pisani

    Olga Baranovska, mara ta’ 30 sena mir-Repubblika Ċeka, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza meta kienet qed taqsam Triq Dun Karm, li tagħmel parti mill-bypass ta’ Birkirkara qrib l-Univesit f'Tal-Qroqq.

    L-aċċident seħħ għall-ħabta tad-20.40 meta Baranovska kienet sejra lura fl-appartament tagħha li jinsab faċċata tal-Universit. Jidher inflok ma wżat is-subway, hija qasmet it-triq mill-parti fejn hemm ir-rampa li tagħti għal taħt il-pont. Dak il-ħin kienet ġejja karozza Fiat Punto misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena li kien sejjer għal taħt il-pont fid-direzzjoni ta’ Santa Venera.

    Jidher li kif il-mara niżlet għal parti t'isfel wara r-railing, hija ntalqtet mill-karozza min-naħa tas-sewwieq u spiċċat tieħu tisbita x'aktarx mal-bankina.

    Immedjat kien l-intervent mediku fejn ambulanza waslet fuq il-post fi ftit minuti peress li l-Isptar jinsab ftit metri ’l bogħod. Il-vittma ttieħdet lejn l-Isptar fejn bdiet tingħata l-kura medika fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Aktar tard hija qalbet għall-agħar u kienet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

    Ritratti: John Pisani

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0