Vjolin Stradivarius li għandu 300 sena se jindaqq f'Malta

  • Fra 09, 2015 11:30
  • Miktub minn
"

    Vjolin li nħadem mill-kreatur leġġendarju tal-istrumenti Antonio Stradivari fl-1715 ser jinġieb Malta u jindaqq f'kunċert mill-vjolinist ta' fama dinjija l-Maestro Matteo Fedeli. Il-vjolin jiswa €10 miljuni.

    Il-vjolin, flimkien mal-Maestro Fedeli, ser ikun fuq vjaġġ madwar l-Ewropa u l-Amerika. Il-kunċert f'Malta, bl-isem ‘A Stradivarius Among Us’, ser isir nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt fit-8.30 ta’ filgħaxija. Il-flus miġbura minn din l-attività se jmorru għal għaqdiet varji tal-kanċer.

    Flimkien mal-Maestro Fedeli fil-kunċert ser ikun hemm ukoll l-‘Orchestra d’Archi e Coro Da Camera dell’Accademia Concertante d'Archi di Milano’, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Mauro Ivano Benaglia.

    “Wara xhur twal ta’ ħidma intensiva, ninstabu verament kuntenti li fl-aħħar nistgħu ngħidu li dan l-Istradivarius ġej Malta,” qal il-kordinatur tal-proġett, Marc Cabourdin minn TAC Theatre. “Din ser tkun opportunità tad-deheb għal ħafna biex jisimgħu strument li rarament jindaqq fil-pubbliku.”

    Il-kunċert, li qed isir fl-okkażjoni tat-300 anniversarju minn meta nħoloq l-‘Antonio Stradivari 1715 ex Bazzini – De Vito’, ser ikun l-ewwel waqfa tat-tour tal-Maestro Matteo Fedeli b'dan il-vjolin.

    “Il-Maestro Matteo Fedeli ddedika ħajjtu esklużivament għad-daqq tal-Istradivari,” spjega s-Sur Cabourdin. “Għaldaqstant għandna nħossuna tassew ixxurtjati li Malta ser tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li ser jisma’ l-ħoss uniku u inkredibbli ta’ dan il-vjolin għall-ewwel darba f'aktar minn 50 sena.”

    Il-vjolin ser ikun esebit fil-Palazz tal-President fil-Belt lejlet il-kunċert. Id-dħul għal din l-esebizzjoni ser ikun b’xejn.

    Il-biljetti għall-kunċert ‘A Stradivarius Among Us’ jibdew minn €15 u jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit www.ticketline.com.mt

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0