Karnival fil-Marina ta' Ta' Xbiex

  • Fra 07, 2015 18:58
  • Miktub minn

    Il-Kunsill Lokali Ta' Xbiex, immexxi mis-Sindku Max Zammit, ser jorganizza għall-ewwel darba attività tal-karnival f'Ta' Xbiex bl-isem "Karnival fil-Marina".

    Din l-attività innovattiva bla dubju ser tkun attrazzjoni interessanti għar-residenti ta' Ta' Xbiex, għat-turisti li jiffrekwentaw iż-żona, kif ukoll nies oħra li joqogħdu fl-akkwati ta' mal-port ta' Marsamxett.

    L-attività se tibda fis-6.00pm u fiha se jkun hemm aktar minn ħmistax il-kumpanija taż-żfin, karrijiet żgħar, maskri grotteski, kompetizzjonijiet għall-aqwa kostumi, ikel, xorb, ħelu, kant, mużika, żona għat-tfal, flimkien ma' diversi attrazzjonijiet oħra li għandhom jaghmlu din il-lejla memorabbli għal-lokal ta' Ta' Xbiex.

    Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jagħmel kuntatt mal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex mill-paġna ta' Facebook jew billi jċempel fuq 21338844.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Fra 07, 2015

    Vera qajjem lokal fuq saqajh dan is-sindku! Prosit kbira, ghax barra x-xogholijiet diversi li qed jaghmel f'Ta' Xbiex flimkien mal-kunsilliera shabu, vera qed itella attivitajiet ta' kwalita' li qatt ma konna noholmuhom.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Fra 07, 2015

    Sindku ta' vera!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Fra 08, 2015

    Veru prosit tal-idea!

    Irrispondi
  •  

Facebook