Nhar il-Ħadd... tidħol fis-siti ta' Heritage Malta u ma tħallasx

  • Jan 28, 2015 11:39
  • Miktub minn

    Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ddedikata lis-Servizz Pubbliku, Heritage Malta nhar il-Ħadd li ġej se tiftaħ is-siti tagħha b'xejn għall-pubbliku.

    L-uniċi siti li mhux se jkunu inklużi f’din l-inizjattiva huma l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni minħabba s-sensittività tiegħu, it-tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat, kif ukoll il-Mużew tal-Gwerra li bħalissa jinsab magħluq.

    Is-siti li se jkunu miftuħa f'Malta huma: Il-Katakombi ta’ San Pawl, id-Domus Romana (Rabat),, il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali (Mdina),, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, l-Armerija tal-Palazz u s-Swali Statali (Valletta),, il-Mużew Marittimu ta’ Malta, il-Palazz tal-Inkwiżitur (Birgu),, Għar Dalam (Birżebbuġa),, it-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra (Qrendi), u t-Tempji ta’ Ħal Tarxien (Tarxien),.

    F'Għawdex se jkunu miftuħin b’xejn il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Mużew tal-Folklor, il-Mużew tan-Natura, il-Ħabs l-Antik (Ċittadella, Rabat),, it-tempji tal-Ġgantija u l-Mitħna Ta’ Kola (Xagħra),.

    Ser ikun hemm tours speċjali “wara l-kwinti” dwar dak kollu li jiġri fil-Muzew Nazzjonali tal-Istorja Naturali f’ħinijiet speċifiċi tul il-ġurnata.

    Numru ta’ oġġetti u pubblikazzjonijiet, kif ukoll is-sħubija f'Heritage Malta, se jkunu qegħdin jinbiegħu bi prezzijiet imnaqqsa mis-siti u l-mużewijiet kollha. Kull min jattendi se jkollu l-opportunità li jixtri l-kalendarju 2015 ta’ Heritage Malta bil-prezz speċjali ta’ €2.

    Waqt din l-Open Day, wieħed se jkun jista’ jżur il-wirja ferm interssanti dwar “L-inkwiżizzjoni Rumana f’Malta” li qed tittella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur u li għadha kemm ġiet estiża sal-1 ta’ Mejju.

    Din se tkun ukoll l-aħħar okkażjoni biex wieħed ikun jista’ jara l-wirja “Malta, the great story of a small island-nation through 100 objects” li qed tittella’ fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.

    Barra minn hekk, waqt l-Open Day dawk kollha li jżuru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti se jkunu jistgħu jaraw preżentazzjoni dwar il-proġett MUŻA.

    Għal iktar informazzjoni dwar l-Open Day tal-1 ta’ Frar u attivitajjiet oħra organizzati minn Heritage Malta żur is-sit elettroniku www.heritagemalta.org jew segwi l-aġenzija fuq Facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook