Rakkomandat li l-kunsill ta' Ħal Lija jwaqqaf immedjatament servizzi ta' bowser u konsulenza

  • Jan 28, 2015 10:37
  • Miktub minn
"

    Il-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment tal-Gvern Lokali rrakkomanda li l-kunsill lokali ta' Ħal Lija jwaqqaf immedjatament is-servizz tal-bowser kif ukoll is-servizz li qed jagħti Chris Pullicino bħala konsulent tat-tenders. Ir-raġuni fiż-żewġ każijiet hi l-kunsill mar kontra l-Artiklu 24 (4), tar-Regolamenti tal-Kunsilli Lokali dwar il-Finanzi.

    Il-każijiet tressqu quddiem il-Bord ta' Gvernanza Lokali minn Dr Marc Sant, kunsillier ta' Ħal Lija, f'Novembru li għadda. Fil-każ tas-servizz tal-bowser, Sant qal li f'Ħal Lija hemm mosta ġibjuni li fihom l-ilma u li jaqgħu taħt ir-responsabbità tal-kunsill lokali. Użu minn dawn il-ġibjuni kien ilu jsir is-snin. Meta xi snin ilu saru xogħlijiet infrastrutturali fi Vjal it-Trasfigurazzjoni, il-ġibjun minn fejn il-ġardinar kien isaqqi ċ-Ċentru Rikreattiv ġie magħluq jew miżdud. F'Lulju 2013 il-kunsill kien ġab kwotazzjoni sabiex isewwi l-ħsara li kien hemm ħalli l-kunsill ikun jista' jerġa' jibda jagħmel użu mill-ilma tiegħu stess.

    Madankollu, qal Sant, l-Aġent Segretarja Eżekuttiva tal-Kunsill, mingħajr ma ressqet il-każ f'laqgħa tal-kunsill, qabdet u bdiet iġġib l-ilma permezz ta' bowser mingħand l-istess kumpanija li kienet rebħet ukoll it-tender għas-servizzi ta' knis u t-tender għall-ġbir tal-iskart mill-kunsill loakli ta' Ħal Lija.

    Sant saħaq li s-servizz tal-bowser kien qed jintuża meta f'Ħal Lija hemm bosta ġibjuni li huma tal-kunsill. “Iżda milli jidher hemm min jippreferi jħallas madwar €350 fix-xahar biex iġib l-ilma minflok jagħmel it-tiswijiet meħtieġa,” qal Sant.

    Fil-każ tas-servizz ta' konsulenza, Sant qal li fil-laqgħa tad-19 ta' Ġunju 2013 kien ġie deċiż li jitqabbad konsulent indipendenti meta l-kunsill ikollu tenders fuq xiex jiddeċiedi. Il-konsulent li fil-fatt tqabbad (bi qbil mill-kunsill), kienet tafu l-Aġent Segretarja Eżekuttiva, għaliex qalet li kienet tużah fil-kunsill tal-Belt. Dan il-konsulent huwa Chris Pullicino.

    Madankollu, kompla Sant, maż-żmien sar evidenti li dan kien jieħu bl-għoli u għalhekk ix-xogħol li kien qiegħed jitqabbad jagħmel kien qed imur kontra r-regoli tal-public procurement. Baqa' qatt ma nħareġ tender jew sejħa għall-kwotazzjonijiet sabiex jingħata dan is-servizz.

    Sant żied jgħid li meta ġibed l-attenzjoni li dan kien qed isir bi ksur tar-regoli finanzjarji, sar arranġament fis-sens li l-invoice ta' Pullicino tiġi datata 8 ta' Diċembru 2014 sabiex forsi ma jagħtix fil-għajn li qed jingħata dawk il-flus u jkun hemm ksur tar-regoli finanzjarji tal-kunsill.

    Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Monitoring Unit qal li fil-każ tal-bowser, prima facie jidher li l-kunsill mar kontra l-Artiklu 24 (4), tar-Regolamenti tal-Kunsilli Lokali dwar il-Finanzi f'żewġ istanzi: l-ewwel nett għax xtara b'direct order fejn kellu jitlob kwotazzjonijiet, u t-tiei għax xtara b'direct order fejn ma kellux jixtri l-istess oġġett jew tip ta' servizz f'perjodu ta' erba' xhur konsekuttivi.

    Għalhekk il-Monitoring Unit irrakkomanda li s-servizz tal-bowser jieqaf immedjatament u l-kunsill jara kif se jsolvi l-problema b'mod urġenti u jsib soluzzjoni li sservi għat-tul.

    Dwar it-tieni allegazzjoni, il-Monitoring Unit qal li l-ammonti li ntefqu jaqbżu t-threshold ta' direct order u għalhekk imorru kontra l-artiklu msemmi. Għaldaqstant il-Monitoring Unit irrakkomanda li s-servizz ta' Pullicino għandu jieqaf immedjatament u jekk tinħass il-ħtieġa ta' dan is-servizz għandha tinħareġ sejħa għal kwotazzjonijiet jew offerti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    5