Aġġornat (4), : Il-Kummissarju tal-Pulizija u John Dalli fost ix-xhieda ta' JPO

  • Lul 11, 2012 11:55
  • Miktub minn Aleander Balzan u Victor Vella

    Ftit tal-minuti ilu d-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando bagħat il-lista ta’ xhieda tiegħu, fil-każ kontra Richard Cachia Caruana. Din il-lista kienet mibgħuta lill-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Marthese Portelli.

    Il-lista ta’ xhieda ta’ JPO hija magħmula minn: Karmenu Vella u Joe Mizzi (Deputati Laburisti),, Gordon Pisani (Kelliem tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru),, il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo u l-Kummissarju Ewropew John Dalli.

    Id-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando qiegħed jitlob it-tkeċċija ta’ Richard Cachia Caruana, mill-Partit Nazzjonalista.

    Waħda mill-akkużi ewlenin li Pullicino Orlando qiegħed jagħmel fil-konfront ta’ Cachia Caruana hi li dan ipprova jikkoludi ma’ esponenti ta’ gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998. Jidher li d-deputat Nazzjonalista jrid iwassal il-messaġġ li RCC ipprova juża lil kull min seta' u dan wassal biex bl-azzjonijiet tiegħu għamel ħsara lill-Partit Nazzjonalista.

    Fl-ittra tiegħu JPO qal li kif inhu ġust bagħat kopja tal-lista lil Richard Cachia Caruana. "Peress li Cachia Caruana se jkun qiegħed jgħaddi l-lista lil kelliema tiegħu Daphne Caruana Galizia, ħsibt li ngħaddi l-lista lill-ġurnalisti ta' veru wkoll," żied JPO fl-ittra.

    18.35: inewsmalta.com talab ir-reazzjoni tal-President tal-Kumitat Eżekuttiv, Marthese Portelli, li qalet li bħalissa qiegħda laqgħa u għalhekk għadha ma rċeviet xejn.

    19.17: Stqarrija minn Karmenu Vella

    "Nirreferi għall-istqarrija li għadda l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando lill-istampa fejn fost oħrajn inkluda lili bħala xhud fir-rigward tal-mozzjoni tiegħu quddiem l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista biex jitkeċċa Richard Cachia Caruana mill-Partit Nazzjonalista.

    "Jiena nikkonferma li ftit tal-ġranet ilu jiena u l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando konna ltqajna f'okkażjoni soċjali u waqt diskursata li kelli miegħu, semmejtlu diskussjoni li kelli ma’ Richard Cachia Caruana fi żmien meta jien kont Ministru għat-Turiżmu u hu (RCC), kien direttur fuq l-AirMalta.

    "Eżatt wara li jien sirt Ministru għat-Turiżmu, kien ġie jkellimni minn rajh Richard Cachia Caruana li kien għadu direttur tal-AirMalta. Richard Cachia Caruana irrefera għad-deċiżjonijiet li ħa l-Bord tal-Air Malta biex tinxtara il-flotta tal-RJs u biex titwaqqaf il-kumpanija Azzurra Air. Hu ġie biex jinfurmani li bħala direttur hu ma kienx favur id-deċiżjonijiet tal-Bord. Fuq mistoqsija tiegħi hu ammetta li ma kienx irreġistra dan in-nuqqas ta' qbil.

    "Richard Cachia Caruana mill-ewwel deher li mhux talli ma kienx qed jiddefendi dawn id-deċiżjonijiet imma deher li jrid jiskolpa ruħu minnhom u jitfa’ r-responsabbiltà tagħhom fuq sħabu d-diretturi l-oħra.

    "Meta rajtu li kien qed jaħrab mir-responsabbiltà kollettiva u jgħabbi biss lil sħabu, jiena deherli li ma kellix għalfejn inkompli bid-diskussjoni. Irringrazzjajtu u waqafna hemm. Jiena beħsiebni niddikjara kollox b'affidavit."

    19.39: Id-deputat Laburista Joe Mizzi qal li hu għadu kif sar jaf b'din il-lista u għalhekk se jkun qiegħed jireaġixxi iktar tard. Fl-istess ħin Mizzi qal li r-reazzjoni tiegħu se tkun imnebbħa mill-fat li m'għandux x'jaħbi.

    20.08: Richard Cachia Caruana kien irraportat jiċħad id-dikjarazzjonijiet ta' Karmenu Vella. Cachia Caruana qal li jew Vella qiegħed jigdeb jew qiegħed jitfixklu ma xi ħadd ieħor.

    20.23: Ma' inewsmalta.com jirreaġixxi John Dalli.

    20.30: Il-Partit Nazzjonalista qal li Marthese Portelli kienet għadha ma rċevietx il-lista mibgħuta minn JPO.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    tkompli tishon il-qiegha. X'ghandu x'jaqsam il-kummissarju tal-Pulizija? X'se jsolvi l-ezekuttiv tal-PN billi jiltaqa' fuq din il-kwistjoni? ma nahsibx li jistghu jaslu li jkeccu lil Jeffrey Pullicino Orlando jew xi hadd iehor

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    pajjiz li

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    la ma rregistrax in-nuqqas ta' qbil, ghalija jigi komplici daqshom fix-xiri tal-ajruplani li ma nistax nifhem hu kif minn hawn min jaqbez minn partit ghal iehor - qisu xejn mhu xejn

    Irrispondi