“Qed naraw kampanja ta' biża' u gideb”

  • Set 30, 2012 12:30
  • Miktub minn

    “Qed naraw kampanja ta' biża' u gideb... din l-arma li se tkun użata. Diġ kien hemm numru ta' beżgħat bil-kju tar-reġistrar u gideb bil-bailout, l-istipendji tal-istudenti u issa l-paga minima.” Dan qalu l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f'attivit politika f'Ħal Lija.

    Muscat saħaq li l-paga minima m'għandiex x'taqsam mal-COLA. Huwa żied jgħid li dan il-kunċett il-poplu fehmu u li huwa l-Partit Nazzjonalita biss li qiegħed jgħid mod ieħor.

    Muscat tkellem ukoll dwar dak li kien qal tliet ġimgħat ilu persuna qrib il-PN li qal li taħt Gvern Laburista, Malta wara sentejn tmur titallab bailout. “Pajjiżna qatt ma jista' jkollu bżonn bailout għax mhux imdejjen ma' pajjiżi barranin imma ma Malta stess. Malta mingħand il-barrani tieħu għandha u mhux tagħti,” spjega Muscat. Huwa fakkar ukoll fl-istqarrija li ħarġet dan l-aħħar mill-aġenzija ta' credit rating, Finch fejn qalet li jkun min ikun gvern f'Malta jaraw li s-sitwazzjoni Maltija se tibqa' waħda stabbli.

    Muscat tkellem ukoll fuq it-tender ta' privatizazzjoni tal-parkeġġi u l-mozzjoni kontra dan li ressaq f'isem il-PL id-deputat Joe Sammut. Muscat spjega li f'dan it-tender m'hemmx imniżżel kemm se jkunu r-rata ta' parkeġġ, imma li min jieħu t-tender jagħmel ir-rati hu. “Jien nifhem sitwazzjoni bħal din meta għandek għażla u għalhekk ikollok il-prinċipju tar-regoli tas-suq li jidħlu b'mod awtomatiku u li s-suq jagħti bilanċ. Imma ma nistgħux nagħmlu monopolju fejn inneħħu l-għażla u ngħidu lil min se jieħu t-tender biex jiċċarġja kemm irrid,” kompla Muscat.

    Fid-dawl tal-fatt li dan it-tender se jagħlaq fis-26 ta' Ottubru, Muscat qiegħed jistenna li għada l-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra jiddeċiedi li l-ewwel diskussjoni fil-Parlament tkun din il-mozzjoni. Il-Parlament se jerġa' jiftaħ għada wara l-vaganzi tas-sajf.

    Muscat qal li gvern ġdid laburista se joħloq middle class ġdida. “Se nerfgħu lil ta' taħt u lil dawk li diġ qegħdin fin-nofs insaħħulhom idejhom, l-anzjanit ma tkunx tfisser nuqqas fl-għixien, l-istudenti se jkollhom opportunit aħjar, iż-żgħażagħ kollha mhumiex se jitħallew jaqgħu lura,” kompla Muscat.

    Il-mexxej Laburista qal li l-poplu huwa għaqli biżżejjed u jaf u għaraf li żmien il-politika, fejn il-politiċi jwegħdu kollox u n-nies iċapċpulhom spiċċa. Huwa żied jgħid li l-PN mhux qed jinduna li l-familji għaqlin biżżejjed biex jagħrfu għażliet foloz.

    Muscat qal li partit m'għandux jaħseb minn elezzjoni għall-oħra imma minn ġenerazzjoni għall-oħra. “GonziPN huwa tajjeb ħafna biex jirbaħ l-elezzjonijiet imma mhux tajjeb biex jiggverna,” kompla Muscat. L-għażla f'elezzjoni ġenerali mhix it-tmiem imma l-mezz, l-għan li bih titjieb il-ħajja tan-nies, żied Muscat.

    Huwa spjega kif waħda mill-linji gwida li ħarġu mill-Kungress kienet għaqal bi flusek. “Ma jistax ikollox għaqal f'poplu u gvern sfratat. Nofs id-dejn kollu ta' Malta għamlu waħdu l-gvern imexxi minn Lawrence Gonzi. Gonzi huwa l-aktar Prim Ministru li għamel dejn mill-Indipendenza 'l hawn,” saħaq Muscat.

    Il-mexxej Laburista fakkar ukoll fl-intervista ma' John Dalli li kienet ippubblikata ftit jiem ilu fejn qal li m'għadux jgħaraf lil PN. “Jien konvint li l-poplu Malti u Għawdxi huwa poplu bil-għaqal li jagħraf il-verit mill-gideb. Li jagħraf min qed ikun responsabbli u min min-naħa l-oħra qed jipprova jbellgħalu r-ross bil-labra.

    “Wasal dak iż-żmien li nittimbraw ċar u tond li l-Partit Laburista u l-moviment madwaru huwa d-dar naturali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha huma min huma. Biex insewwu dan il-pajjiż, biex nagħtuh aħjar milli sibnih, irrid ikun sforz ta' poplu wieħed li jemmen li quddiemna hemm futur li jgħaqqadna,” temm id-diskors tiegħu Joseph Muscat.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Set 30, 2012

    Mhux narawha biss, immanisimghuha u nhossuha wkoll bi stil veru Faxxist fjn gidba tintqal u tkompli tintqal u tigi ripetuta u jithol il-kor ujkompli tigi ripetut

    Irrispondi