Il-proġett ta' Bormla jispiċċa f'qorti Taljana

  • Lul 11, 2012 11:07
  • Miktub minn Roberta Fenech

    Il-Ministru Tonio Fenech qal li l-kumpanija Marinelli Costruzioni Spa fetħet proċeduri legali ġewwa l-Qorti ta' Padova, l-Italja, biex iżomm flus milli jittieħdu mill-Gvern Malti. Malta diġà ġibdet is-somma ta' €382,816 mill-garanziji bankarji li ta l-kuntrattur li kien qiegħed jagħmel ix-xogħol fuq il-proġett ta' Bormla. L-awtoritajiet Maltin għamlu wkoll talba biex jinġibdu €574,224. Il-garanziji kienu jammontaw għall-€957,000. Għalissa dawn il-flus ma jistgħux jinġibdu minħabba l-proċeduri miftuħa fil-qorti ta' Padova.

    Il-Ministru żied jgħid li l-awtoritajiet Maltin qegħdin isegwu l-proċeduri ġewwa din il-Qorti biex l-interessi tal-Gvern Malti jkunu mħarsa.

    Il-kumpanija Taljana Martinelli Costruzioni Spa kienet ingħatat it-tender għal xogħlijiet fix-xatt ta' Bormla. Proġett li jkopri 12,900 metru bejn il-klabb tar-regatta ta' Bormla u Pjazza Gavino Gulia. Ix-xogħol beda f'Jannar 2011 u kellu jitlesta f'Marzu u wara kienet estiża sa' Mejju 2012. Iżda dan il-proġett irriżulta f'wieħed frustranti u ta' inkonvenjet għall-pubbliku Bormliż, hekk kif il-kuntrattur ma rnexxilux iżomm ir-ritmu tax-xogħol.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0