It-Teatru tal-Opra Aurora jiċċelebra b’La Traviata ta’ Verdi

  • Jan 05, 2015 18:04
  • Miktub minn
"

    Il-bidu ta’ sena ġdida huwa dejjem żmien ta’ ċelebrazzjonijiet u festini; huwa ż-żmien fejn kulħadd jgħolli t-tazza u jixrob bis-saħħa ta’ xulxin u b’xewqat sbieħ għal bidu ġdid u proġetti ta’ suċċess. It-Teatru Aurora t’Għawdex din is-sena se jkun qiegħed jgħolli t-tazza u jifraħ ma’ Alfredo u Violetta fil-famuż Brindisi tal-opra La Traviata ta’ Giuseppe Verdi.

    Hekk kif Verdi lesta Il Trovatore u La Traviata wara xulxin, it-Teatru tal-Opra Aurora ħa d-deċiżjoni kuraġġuża li jipproduċihom f’din l-istess sekwenza. Għalhekk, wara s-suċċess ta’ Il Trovatore fl-2014, it-Teatru Aurora qed iħabbar l-opra La Traviata għas-17 t’Ottubru 2015.

    U bħalma Verdi mar mill-kobor għas-superlattiv b’dawn iż-żewġ opri li kiteb, l-Aurora qiegħed jikkommetti li wkoll ikompli jgħolli l-livelli tiegħu. Bi storja li teħodna fil-qalba ta’ Pariġi tal-1700, La Traviata dejjem kienet meqjusa bħala sfilata tal-moda fejn jidħlu mużika, xenarji u kostumi. Dawn ikkontribwixxew biex l-opra żammet il-popolarità tagħha sal-lum il-ġurnata.

    Waħda mill-aktar opri romantiċi ta’ Verdi, magħrufa għall-kostumi spettakolari, arji mill-isbaħ u l-brindisi ċelebri, din se tingħata l-ħajja fl-akbar teatru tal-opra f’Malta u Għawdex, fis-17 t’Ottubru 2015 meta Colin Attard jidderieġi l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, il-kor tal-opra tat-Teatru Aurora u kast internazzjonali li jitħabbar aktar ‘il quddiem.

    La Traviata qed tirritorna l-Aurora għat-tielet darba wara l-1978 u l-1998.

    Biljetti għall-opra La Traviata jinxtraw online minn fuq www.teatruaurora.com jew b’emila fuq info@leone.org.mt mill-15 ta’ Jannar ‘il quddiem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0