Wirja ta’ pajsaġġi mill-artist Richard Saliba

  • Jan 04, 2015 10:44
  • Miktub minn

    Ġewwa l-Kamra tal-Kummerċ, se titella’ wirja ta’ xogħlijiet ta’ pajsaġġi tal-artist Richard Saliba.

    Din il-wirja msejħa ‘The Colour of Light’, għandha l-għan li tippreżenta l-pajsaġġ mhux b’mod li tfittex sabiex sempliċiment turi fejn hu l-post jew kif bniedem jarah, iżda qiegħda tiffoka biex turi kif il-kuluri jittbidlu matul il-jum, b’mod li wieħed ikun jista' japprezza kif l-istess xena tista' tiġi interpretata fi dwal differenti.

    Ix-xogħol tal-artist Richard Saliba deher l-ewwel darba f’wirja kollettiva fis-sena 1972, u min dak iż-żmien huwa tella’ wirjiet kemm f’Malta, kif ukoll f’diversi pajjiżi tal-Ewropa. Ix-xogħol tiegħu żviluppa minn stil għall-ieħor matul iż-żmien u ħa l-forma ta’ xogħol tradizzjonali, fejn iżjed 'il quddiem żviluppa f’dak li jissejjaħ ‘minimalist art’ u kif ukoll f’forom astratti. L-iżjed xogħol riċenti iżda ħa forma iżjed liberali kemm fl-użu tal-forom, kif ukoll fl-użu tal-kuluri li flimkien ifittxu li juru li l-pittura għad għandha postha bħala mezz ta’ espressjoni.

    Din il-wirja li hija mgħejjuna mill-Malta Arts Fund, u sponsorjata mill-MSV Valletta Life u mill-Fimbank se tkun inawgurata nhar l-Ġimgħa, 9 ta’ Jannar u tibqa' miftuħa għall-pubbliku fil-Kamra tal-Kummerċ, Triq ir-Reppubblika kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook