Libertà proviżorja għal raġel mixli li samat tifel

  • Lul 11, 2012 11:00
  • Miktub minn

    Quddiem il-Maġistrat Edwina Grima, kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Andrea Camilleri ta' 29 sena minn Ħal Luqa mixli li samat lil iben it-tfajla tiegħu ta' tliet snin, meta kien qed jaħslu fil-banju.

    Waqt ix-xhieda tagħha Dorianne Spiteri, oħt l-omm qalet li dakinhar li seħħ il-każ, fit-2 ta’ Ġunju, oħtha kienet ċemplitilha ppanikkjata u qaltilha li kienet imsakkra fil-kamra tas-sodda. Qaltilha biex iċċempel lill-pulizija.

    Mistoqsija jekk l-akkużat għamilx kuntatt magħha, ix-xhud qalet li ċemplilha xi drabi biex jara kif inhu t-tifel.

    Hekk kif saret talba għall-ħelsien mill-arrest, id-difiża, immexxija mill-Avukat Michael Schiriha, ma oġġezzjonatx. Iżda, talbet lill-Qorti biex tara li l-akkużat ma jersaqx lejn it-tfajla u uliedha.

    Il-Qorti tagħtu l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook