DealToday    myCard    



L-aggressjoni f'Ħal-Qormi: Il-vittma u l-allegat aggressur kienu jafu sew lil xulxin

  • Set 28, 2012 16:59
  • Miktub minn

    Dawk li fl-aħħar xhur kienu l-ġirien tal-mara ta’ 44 sena li lbieraħ qalgħet mat-12-il daqqa ta’ sikkina - allegatament mis-sieħeb tagħha - qalu li kienet ilha twissih li se tmur tagħmel rapport lill-Pulizija dwar it-theddid li kien jagħmlilha f’argumenti sħan li kien ikollhom bejniethom f’dik li sa ftit tal-jiem ilu kienet ir-residenza tagħhom fil-Ħamrun. Wara l-aggressjoni f’Ħal Qormi, għall-ħabta tas-19.15 nhar il-Ħamis, ġemgħa ta’ Pulizija għamlet xi ħin fi Triq San Gejtanu tosserva r-residenza tal-koppja u dalgħodu inewsmalta.com żar din it-triq (ritratt),.

    Intant, mhux magħruf jekk fil-fatt Jacqualine Depasquale qattx għamlet rapporti lill-Pulizija dwar dan l-allegat theddid li kien qed isirilha minn Calleja. Persuna sostniet magħna li jekk kemm-il darba saru dawn ir-rapporti, il-Pulizija missha ilha li intervjeniet u ħadet passi kontra l-allegat aggressur. inewsmalta.com bagħat jistaqsi lill-pulizija jekk fil-fatt qattx kienu saru rapporti minn Depasquale u jekk saru x’passi ttieħdu dwarhom. Għal dawn il-mistoqsijiet il-pulizija wieġbet hekk: “Nirreferi għad-domandi tiegħek t'hawn taħt għandi ninfurmak li l-Maġistrat tal-Għassa apponta inkjesta fuq il-każ għalhekk mhuwiex prudenti li wieħed jikkumenta f'dan l-istadju. Għandi ninfurmak ukoll li tali informazzjoni hija wahda sensittiva.”

    Għall-kumment tagħna li huwa fl-interess pubbliku li wieħed ikun jaf jekk qattx kien hemm rapporti simili, u fuq kollox x’passi ħadu l-pulizija, il-pulizija żammew mar-risposta oriġinali.

    Intant, ġirien infurmawna kif għall-ħabta ta’ April li għadda, il-koppja marret tgħix f’dar bil-kera f’din it-Triq, il-Ħamrun. Huma sostnew li mhux l-ewwel darba li qamu f’nofs ta’ lejl bl-għajjat li kien jinstema’ mir-residenza tal-koppja. L-argumenti kienu jkunu jaħarqu ħafna tant li l-mara, nurse mal-MMDNA kienet tħossha imbarazzata ħafna b’dak li kien jinstema’ ħiereġ mir-residenza tagħhom tant li kienet tiskuża ruħha magħhom għall-istorbju li kien jinqala’ waqt l-argumenti ta’ bejniethom.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Set 29, 2012

    ara tahfirlux ukoll bhal dak it tifel ta lisla hanzir taqtalu dembu hanzir jibqa qawl malti.

    Irrispondi