Mewt ta' 54 immigrant... kienu kważi waslu l-Italja

  • Lul 11, 2012 08:30
  • Miktub minn

    Mietu wieħed wara l-ieħor, mingħajr qatra ilma x'jixorbu, hekk kif kienu qegħdin jippruvaw jilħqu l-Italja mill-Libja.

    Din hija l-aħħar traġedja fl-ibħra Mediterranji li ħalliet 54 persuna mejta. L-immigranti kienu qegħdin jippruvaw jilħqu l-kosta Taljana fuq dinghy. Jidher li l-kawża tal-mewt kienet in-nixfa. Dan skont il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda.

    L-uniku immigrant li baqa' ħaj minn din it-traġedja rrakonta li għaddew 15-il ġurnata ta' kalvarju fuq il-baħar. Huma telqu mil-Libja fl-aħħar ta' Ġunju, wara ġurnata jbaħħru kienu waslu viċin il-kosta Taljana, imma minħabba l-irjieħ qawwija li ħakmuhom tilfu d-direzzjoni.

    Jidher li wara ftit jiem id-dinghy, li fuqu ma kellhomx ilma beda jinżel. Huwa qal li sħabu bdew imutu wieħed wara l-ieħor bil-għatx. Uħud xorbu anke l-ilma baħar.

    L-immigrant li baqa' ħaj, li huwa mill-Eritreja nstab minn Uffiċjal Marittimu Tuneżin qrib il-kosta tat-Tuneżija. Jingħad li 170 immigranti mietu mill-bidu ta' din is-sena fl-ibħra Meditteranji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook