Deal Today    Home Finder    myCard    



Tlett ijiem, tliet vittmi nisa... żvilupp ġdid fil-każ tal-Imġarr

  • Set 28, 2012 06:23
  • Miktub minn

    Il-Pulizija qiegħda tinvestiga tlett agressjonijiet serji fuq nisa li seħħew fl-aħħar tlett ijiem; nhar it-Tlieta fl-Imġarr, nhar l-Erbgħa fir-Rabat u ‘lbieraħ f’Ħal Qormi.

    Filwaqt li fil-każi ta’ Ħal-Qormi u r-Rabat l-indikazzjonijiet dwar x’seta’ ġara kienu ċari mill-ewwel, fil-każ tal-Imġarr għall-bidu l-pulizija kellha indikazzjonijiet imħallta.

    L-ewwel tagħrif li kien ħareġ nhar it-Tlieta minn Triq iċ-Ċagħaq – fejn f’residenza Bugeja instabet f’għadira demm - kien jgħid li Meryem Bugeja, Marokkina miżżewġa Malti setgħet inqatlet. Iżda, imbagħad il-pulizija bdiet taħdem fuq it-teżi li seta’ niżlilha z-zokkor, waqgħet u ħabtet rasha mal-gwardarobba, fil-kamra tas-sodda. Fil-fatt fuq il-post instabet ukoll l-insulina.

    Per, dalgħodu l-orizzont irrapporta dwar kif ir-riżultati tal-awtopsja tefgħu dawl ġdid fuq dan il-każ. Għaddew jumejn u r-riżultati tal-awtopsja għadhom ma kienux ippubblikati, bl-orizzont jiżvela li skont l-awtopsja Bugeja kellha numru ta’ daqqiet f’rasha li jindikaw li setgħet kienet attakkata minn xi ħadd.

    Jingħad ukoll li Bugeja, omm ta’ żewġ ulied, kienet tqila. B’hekk issa l-pulizija reġgħet mhijiex teskludi l-possibbilt li dan kien omiċidju. Anzi qiegħda tara dan bħala probabbilt kbira u fl-aħħar sigħat kienu interrogati xi persuni b'rabta mal-każ.

    Intant, b’rabta mal-każ tar-Rabat, il-pulizija mistennija tressaq il-Qorti lil Carmelo Cutajar bl-akkuża tal-attentat ta’ qtil ta’ martu Mary. Cutajar spara fuqu nnifsu wara li spara fuq martu u ta ruħu b'idejh fl-għassa tar-Rabat.

    Ritratt/Filmati: Ray Attard/Charles Marsh/John Pisani

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

It-Temp

SUNNY
31℃
23/07/2016 04:56

  •  

Facebook