Aġġornat (4),: Tnax -il daqqa ta' sikkina... sparati wkoll xi tiri

  • Set 27, 2012 18:14
  • Miktub minn

    Aġġornat, 21.50: Minn informazzjoni li għandu inewsmalta.com, jidher li għalkemm kienu sparati xi tiri ta' arma tan-nar, il-vittma ma ntlaqtitx minn arma tan-nar. Hija ġarrbet 12-il daqqa ta' sikkina. Aktar tard il-vittma kienet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma tinstabx fil-periklu tal-mewt. Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.

    Huwa mifhum li xi snin ilu s-suspettat kellu każ simili. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.

    18.40: Għall-ħabta tas-18.05, il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm mara feruta fl-inħawi tal-Farsina, f'Ħal Qormi.

    Minn informazzjoni li kiseb inewsmalta.com jidher li żewġ infermieri tal-MMDNA kienu f'karozza - tal-istess MMDNA - ipparkjata u magħhom kien hemm raġel ta' madwar 30 sena minn Ħal Qormi. F'ħin minnhom ir-raġel u l-vittma mara ta' 44 sena bdew jargumentaw. Dak il-ħin ir-raġel niżel mill-karozza u mar lejn in-naħa tas-sewwieq tal-karozza fejn kien hemm il-vittma. Ir-raġel dak il-ħin instema' jhedded lill-vittma. Il-vittma wkoll ħarġet mill-karozza u baqgħu jargumentaw.

    F'ħin minnhom ir-raġel deher li kellu arma f'idejh. Dak il-ħin il-kollega tal-vittma telqet tiġri minn fuq il-post issejaħ għall-ajjut. Waqt li kienet qed tiġri semgħet dawk li kienu qishom tiri ta' arma tan-nar u x'ħin ħarset lura rat lill-agressur jaħrab bil-mixi minn fuq il-post. Il-vittma nstabet f'għadira demm u b'ferita gravi fuq wiċċha u anke fil-ġenb tagħha. Għadu mhux magħruf x'tip ta' arma ntużat jekk kellux sikkina kif ukoll arma tan-nar.

    Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett immexxija mill-ispettur Roderick Zammit u s-surġent Dennis Agius. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

    Immedjatament il-Pulizija bdiet tfittxija għall-allegat aggresur fl-inħawi ta' Santa Venera u l-Ħamrun, per s'issa għadu ma nstabx.

    Ritratti: Charles Marsh / Rapportaġġ: John Pisani

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Set 27, 2012

    min jaf kieku jinhareg ritratt ta lagressur

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 27, 2012

    show photos to the public for help to catch the criminal!!!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 27, 2012

    issa billi johorgu r-ritratt imbaghad jinqabad u johrog illiberat x`jiswa. Wasal iz-zmien li naghmlu protesta quddiem il-bini tal-qorti minhabba l-attitudni tal-Imhalfin u magistrati. Qorti tan-nejt u imsieken il-pulizija.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 27, 2012

    Wasal iz-zmien li nibdew inneh

    Irrispondi