Everlink... spettaklu f'Jannar li ġej

  • Diċ 15, 2014 12:46
  • Miktub minn

    L-Eden Cinemas, b'kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta, se jtellgħu show awdjoviżiv, live u oriġinali, f'Jannar li ġej bl-isem ta' “Everlink”.

    L-ispettaklu se jinkorpora orkestra ta' 40 strument mużikali preżenti fis-sala stess, flimkien ma' kantanti li se jkantaw live u ċinematografija eċċellenti.

    “Everlink” jirrakkonta l-ġrajja ta' tifel ta' għaxar snin, Aidan, li b'mod mhux mistenni jsib ruħu f'avventura unika meta aċċidentalment jiltaqa' mal-anzjan Everlink. Dan huwa spettaklu mmirat għal udjenza ta' kull età.

    Il-mużika nkitbet minn Reuben Pace u l-orkestra se tkun immexxija minn Marcelline Agius. Id-direzzjoni tax-show se tkun f'idejn Raoul Lay, li ġej apposta minn Marsilja. L-istorja nkitbet minn Malcolm Galea u se tkun narrata minn Alan Paris, b'viżwal fuq skrin imħejji minn Vince Briffa u d-Dipartiment tal-Arti Diġitali tal-Università ta' Malta.

    Sigmund Mifsud, mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta, qal li din se tkun xi ħaġa ġdida u oriġinali u ħeġġeġ lill-pubbliku biex jesperjenza dan il-livell għoli ta' talent lokali. Żied jgħid li hu ppjanat li l-proġett jiġi espost barra minn Malta wkoll.

    Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Kultura, Owen Bonnici, qal li l-Gvern qed jaħdem mas-settur privat anke fil-qasam tal-arti u jagħti l-appoġġ kollu tiegħu lil attivitajiet bħal dawn.

    “Everlink” se jittella' f'Cinema 16 tal-kumpless tal-Eden Cinemas f'Paceville. Id-dati u l-ħinijiet huma t-23 ta' Jannar fis-7.30pm u l-24 u l-25 ta' Jannar fl-4.00pm u fis-6.00pm. Il-prezzijiet huma €10 għall-adulti u €5 għat-tfal taħt il-15-il sena. Jistgħu jinxtraw ukoll biljetti ta' €20 għal familja ta' żewġ adulti u żewġt itfal jew adult u tlett itfal. Il-biljetti jinxtraw mill-box office tal-Eden Cinemas jew online fuq edencinemas.com.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook