L-aħħar jum ta’ RCC… Min se jieħu postu?

  • Lul 11, 2012 06:29
  • Miktub minn

    Hekk kif wasal dak li għandu jkun l-aħħar jum ta’ Richard Cachia Caruana fil-kariga ta’ ambaxxatur Malti għall-Unjoni Ewropea, il-gvern Malti għadu ma ħabbarx uffiċjalment min se joħodlu postu. Bl-ikla tat-tluq skedata għal-lejla, mhux eskluż li fis-sigħat li ġejjin jitħabbar min se jkun qiegħed jimla l-post vojt li se jħalli RCC. Sa issa ftit ingħataw indikazzjonijiet ta’ min jista’ jieħu dan il-post, anke għax f’Kastilja kien hemm dilemma dwar min kellu jkun offrut il-kariga.

    Sa issa iktar saru spekulazzjonijiet bl-ismijiet li tlissnu jvarjaw minn ċirkostanzi fejn jistgħu jkunu xi ftit kredibbli għal oħrajn li huma remoti ferm, bħa fil-każ tal-Membru tal-Parlament Ewropew Simon Busuttil u l-Ministru Austin Gatt.

    RCC ta’ 57 sena se jkun qiegħed itemm l-impenji tiegħu f’din il-kariga wara li kien sfiduċjat mill-parlament Malti. Dan wara li mozzjoni tal-oppożizzjoni dwar kif “bil-moħbi tal-parlament Malta reġgħet daħlet tipparteċipa fil-partnership for peace" sabet l-appoġġ tal-maġġoranza. RCC kien ilu fil-kariga ta’ ambaxxatur mill-2004 u fi Brussell kien wieħed mill-iktar ambaxxaturi li ilhom fil-kariga.

    Anke jekk illum huwa l-aħħar jum ta’ RCC fil-kariga dan ma jfissirx li RCC se jkun qiegħed joħroġ mix-xena pubblika. RCC huwa persuna influwenti ħafna fil-Partit Nazzjonalista, tant li għal snin twal poġġa ta’ kull nhar ta’ Tnejn mal-mejda tal-Kabinett. Mhux hekk biss, iżda RCC huwa suġġett ta’ talba għat-tkeċċija mill-Partit Nazzjonalista li saret mid-deputat nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando, fl-aħħar jiem. Dan ifisser li għal jiem li ġejjin RCC żgur li se jkun fuq l-aġenda tad-diskussjoni f’pajjiżna. Fil-fatt, illum JPO irid iressaq il-lista ta’ xhieda tiegħu. Lista li kif żvelajna sigħat ilu tinkludi persuni mill-Partit Laburista.

    Minbarra hekk RCC mistenni jerġa’ jkun involut b’ruħu u ġismu fil-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista, bħala strateġist ewlieni. Rwol li ilu jaqdi sa minn żmien il-Partit Nazzjonalista ta’ Eddie Fenech Adami.

    Intant, minn tagħrif ippubblikat dan l-aħħar jirriżulta li Cachia Caruna kellu salarju ta’ €148,000 fis-sena u €170,00 biex ikopri spejjeż oħra. Dan kien ifisser li hu kien l-iktar “impjegat taċ-ċivil” imħallas.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    Franco Debono ser jehodlu postu!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    Buon servito sur Richard Cachia Caruana. Issa strieh fis-sliem mill-hidma assidwa diplomatika u kkoncentra kif se terga' trebbah l-elezzjoni lill-Gonzi PN.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    L-Ambaxxatur Permanenti Malti ghall-Unjoni Ewropea se tkun is-Sinjura Marlene Bonnici jew is-Sur Vanni Xuereb.

    Irrispondi