Talent imkattar

  • Diċ 13, 2014 09:42
  • Miktub minn Ian Noel Pace
"

    Par idejn li joħolqu skulturi, forom, pitturi, armi, kanuni, korazzi u elf ħaġa oħra jistgħu jissejħu biss: meraviljużi.

    Xhieda ta' dan hija esibizzjoni li ttellgħet fil-Mużew Marittimu f'għeluq sena mill-mewt ta' Michael Stroud. Idejn is-Sur Stroud bdew joħolqu pitturi minn età tenera ta' tliet snin. Dan ġara fuq dvalja tal-karti fejn pinġa l-klieb ta' ditta rinomata ta' wiski. Ta' tnax-il sena s-Sur Stroud wieġeb għad-domandi ta' eżami billi pinġa r-risposti flok kitibhom. L-għalliem impressjona ruħu b'dan it-talent straordinarju. L-arti tiegħu tvarja minn portraits tal-familja, suldati ta' perjodi diversi, għal emblemi u armi.

    Waqt il-vjaġġ artistiku li sibt f'żewġ swali, iltqajt ma' parti minn mudell tal-Assedju l-Kbir. Dan il-mudell kien prova fi proġett li kien ingħata lis-Sur Stroud mill-Prim Ministru Mintoff fis-sena 1984 biex joħloq monument tal-Assedju il-Kbir fuq skala reali. Iben Michael, John, jistqarr li bosta nies jafu lil missieru f'perjodi differenti u ftit jafu lil Michael b'mod komplut. Uħud jafuh bħala artista jew pittur, oħrajn bħala skultur, imma hemm aktar talenti li wieħed jista jiskopri f'Michael.

    L-ebda kliem min-naħa tiegħi mhu se jfisser dak li tista tesperjenza fil-mawra tiegħek f'din l-esibizzjoni. Għalhekk inħeġġek tmur. Il-wirja tibqa' miftuħa sad-19 ta' Diċembru.

    Ritratt u filmat: Ian Noel Pace

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0