Bi ‘ĊPAR’ Alfred Sant jerbaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

  • Diċ 06, 2014 09:23
  • Miktub minn

    ĊPAR, l-aktar antoloġija reċenti ta’ stejjer ta’ Alfred Sant, Ewroparlamentari kif ukoll eks Prim Ministru ta’ Malta ħarġet rebbieħa fil-kategorija tan-novella fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

    Fi ĊPAR Alfred Sant jippreżenta għaxar rakkonti li jġegħluna niffaċċjaw qagħdiet li nistgħu nagħrfuhom għaliex taħt forma jew oħra, għaddejna minnhom, realment jew fis-subkonxju tagħna, individwali jew kollettiv: ir-rabja, il-fallimet relazzjonali, il-frustrazzjoni u x-xenqiet sesswali.

    Maħruġa mis-Sensiela Kotba Socjalisti fl-2013, din il-kullana tkompli mar-“rakkonti u divertimenti” li Sant kien ħareg fl-2009. Il-kelma “divertimenti” fit-titlu tal-kiteb (ĊPAR), hi kruċjali u tindika kif Sant irid li l-letteratura titgawda fuq il-livell popolari: tkun aċċessibbli filwaqt li ma tabbandunax il-ħsieb li tfisser it-tendenzi reali tal-ħajja, dawk soċjali kif ukoll dawk intimi.

    ĊPAR tista’ tittieħed bħala metafora għall-ambigwità tal-ħajja, bil-kontradizzjonijiet soċjo-politiċi tagħha. Għalkemm “miksi”, il-messaġġ letterarju ta’ Sant għandu dejjem sinifikat morali, b’mod li l-letteratura tiżvela r-realtà wara l-maskra jew maskri.

    Il-kitba ta’ Sant hi dejjem realistika u meta tqisha fil-fond, dejjem hemm għaddej kurrent traġikomiku, anki f’sens ta’ żmienna. Per eżempju, meta jirrakkonta dwar il-bosta Maltin li fil-preżent qed jaħdmu b’ħafna introjtu u kumdità fi Brussell, imgħarrqin fl-aħjar ikel fl-aħjar restoranti, fil-vodka u l-whisky, Sant ma jaħbix it-traġedji tat-tradimenti matrimonjali. Lanqas ma jaħbi t-tensjonijiet politiċi bħala riżultat tal-kollass tal-banek, bil-protesti u l-istrajkijiet fit-triqat u l-pjazez.

    Is-sens ta’ misteru qatt m’hu nieqes fin-novelli ta’ Sant: kif seħħet daqshekk b’ħasda l-mewt tal-għalliem-ħassieb Reġinaldu ta’ Pipernu f’Fossa Nuova tas-Seklu Tlettax? X’inhu s-sinifikat tal-preżenza qaddisa ta’ Tumas Akwinu fil-ħajja tad-dixxiplu tiegħu? U min huma l-irġiel strambi, lebsin il-kannella, miġburin fir-restorant hekk kif id-dimostranti fit-triq qed jinġabru għal protesta?

    Sant, bħala bniedem tat-teatru, tinteressah li ssir riċerka dwar il-moviment kulturali tas-sittinijiet f’Malta, żmien l-interdett, l-Indipendenza, l-Isqof Gonzi, Borg Olivier u Mintoff u jixtieq jara li dak il-perjodu eċċitanti jkun investigat akkademikament. Imma min se jidħol ghal dik ir-riċerka b’mod oġġettiv? U llum kemm għadu relevanti u ħaj it-teatru Malti l-aktar fid-dawl tal-media soċjali li qed tordmu?

    ĊPAR qed jinbigħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook