Rebħa Svediża f’logħba bla storja

  • Lul 10, 2012 22:04
  • Miktub minn Roberto Debrincat

    F’logħba mingħajr wisq interess, Floriana sofrew telfa ta’ 4-0 kontra IF Elfsborg fil-Hibernians Stadium biex b’hekk huma sfaw eliminati b’aggregate ta’ 12-0 wara li ġimgħa ilu, fl-Isvezja, sofrew telfa umiljanti ta’ 8-0.

    Il-Furjaniżi kellhom lil Owen Bugeja, Christian Cassar, Joseph Borg u Tyrone Farrugia ndisposti, b’dan tal-aħħar jiskonta logħba sospensjoni wara li tkeċċa fl-ewwel leg.

    Il-viżitaturi mill-ewwel ħadu kmand tal-pussess tal-ballun u fit-tielet minuta huma ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta’ nota meta Daniel Mobaeck, minn tarf il-kaxxa ż-żgħira, ra x-xutt tiegħu jkun salvat mill-gowlkiper Furjaniż, Jurgen Borg.

    Fid-disa’ minuta, waslet l-ewwel azzjoni tal-Furjaniżi meta l-gowlkiper Svediż, Andreas Andersson, kellu clearence qasira li spiċċat f’saqajn Christian Caruana li bil-lasta vojta quddiemu, għamel l-impossibbli u xeħet il-ballun barra.

    L-Isvediżi fetħu l-iskor, fid-19-il minuta, meta Muhammed Abdulrahman avvanza max-xellug u l-kross preċiż tiegħu spiċċa f’saqajn DANIEL MOBAECK li minn quddiem Borg ma kellux diffikultà jixħet il-ballun ġewwa b’xutt mill-ewwel.

    Ir-reazzjoni Furjaniża kienet waħda fjakka għajr għal xutt ta’ Ivan Woods minn pożizzjoni angolata fuq ix-xellug fis-26 minuta li għadda fuq il-mimduda.

    Fil-31 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Abdulrahman kienet salvata f’korner minn Borg b’titjira spettakolari, biex l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima waslet, fit-38 minuta, meta Per Frick u Amadou Jawo bidlu l-ballun bejniethom b’dan tal-aħħar jiżmarka lil Simon Hedlund iżda x-xutt ta’ dan, minn pożizzjoni ideali, għadda barra.

    It-tieni taqsima kompliet fuq l-istess binarji bl-Isvediżi jirnexxielhom jagħmlu l-iskor 2-0 wara biss erba’ minuti meta OSCAR HILJEMARK għeleb lil Borg mill-viċin.

    F’din it-taqsima l-Greens dehru jħossu l-għejja tant li għal ħinijiet il-logħob kien mixħut f’nofs il-grawnd difiż minnhom u ma kienet l-ebda sorpriża li fis-67 minuta, l-iskor kompla jikber għal dak ta’ 3-0.

    Kien PER FRICK li antiċipa l-ħarġa ta’ Jurgen Borg wara li evita n-nasba tal-offside biex mattar siequ u xeħet il-ballun ġewwa.

    L-aħħar azzjoni ta’ din il-logħba waslet fis-77 minuta u fiha l-Isvediżi komplew ikabbru l-iskor għal 4-0.

    Kien is-sostitut VIKTOR CLAESSON li niżżel ismu fost l-iskorers meta għeleb lil Borg mill-viċin wara kross mix-xellug ta’ Amadou Jawo.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0