L-ewwel wirja fil-kantina ta' Kastilja

  • Diċ 04, 2014 12:56
  • Miktub minn

    Life Still huwa l-isem tal-ewwel wirja tal-arti li se ssir fil-kantina ta’ Kastilja u li se tiġi inawgurata fi tmiem din il- ġimgħa mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Din il-wirja se ssir mill-koppja Kevin J. Drake u s-sieħba tiegħu Amanda, li se jesebixxu madwar 140 xogħol tal-arti li jinkludu pitturi, tpinġijiet u skulturi li bla dubju ta’ xejn huma uniċi fil-valur artistiku tagħhom.

    Drake, magħruf aħjar mal-pubbliku Malti bħala xandar, ġurnalist, attur, direttur u artist fost l-oħrajn, għal dawn l- aħħar seba’ snin kien qed ibati mill-marda M.E., kundizzjoni li ġegħlitu jaqta’ ħafna mir-responsabbiltajiet tiegħu fit-teatru, fit-televiżjoni u saħansitra fil-kitba. F’dan il-perjodu kellu l-opportunità jesplora l-kreattività tiegħu fl-arti b’mod iktar liberu u aħjar minn qatt qabel.

    Min-naħa l-oħra, Amanda, imħarrġa fl-arti għal numru ta’ snin fl-Ingilterra u għamlet il-parti l-kbira ta’ ħajjitha tgħix f’Malta, għamlet unur għaliha nnifisha lokalment u anke internazzjonalment mhux biss bħala artista b’talent kbir imma wkoll bħala disinjattriċi kreattiva. Fost ix-xogħlijiet tagħha li jinkludu pupi uniċi maħdumin minnha stess, il-pittura, it-tpinġija u l-iskultura baqgħet il-passjoni prinċipali għal Amanda, bil-wirja “Life Still” tkun l-okkażjoni ideali biex tesebixxi ħafna mit-talenti artistiċi tagħha għall-ewwel darba lill-pubbliku Malti.

    “Life Still” hi l-ewwel inizjattiva minn mAndraKe, jiġifieri l-artisti Amanda u Drake, li qed tiġi ffinanzjata mill-Malta Arts Fund. Din il-wirja se tibqa’ għaddejja sal-14 ta’ Diċembru fil-kantina ta’ Kastilja u se tkun miftuħa għall-pubbliku mid-9.00 a.m. sas-6.00 p.m. matul il-ġimgħa filwaqt li Ħdud u festi pubbliċi, il-wirja se tkun miftuħa mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook