Bethlehem f’Għajnsielem b'attrazzjonijiet ġodda

  • Nov 29, 2014 16:10
  • Miktub minn

    Is-sitt edizzjoni ta’ Bethlehem f’Għajnsielem se tkun inawgurata nhar is-Sibt, 6 ta’ Dicembru u għal darb’oħra se terġa toffri l-esperjenza unika tal-grajja tat-twelid ta' Gesu' Bambin. Din l-edizzjoni se tkun inawgurata mill-President tar-Repubblika E.T. Marie Louise Coleiro Preca.

    Bethlehem f’Għajsielem hu organizzat mill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem, l-Ministeru ta' Għawdex, il-Parroċċa Madonna ta' Loretu u l-għaqdiet mhux governattivi ta' Għajnsielem. Din is-sena dan il-Kumitat ħadem id f'id mal-Kumitat Milied f'Għawdex li twaqqaf mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo.

    Tul l-aħħar ġimgħat numru ta' voluntiera flimkien ma' impjegati tal-Kunsill Lokali ta' Ghajnsielem u l-Ministeru ta' Ghawdex trasformaw Ta' Passi f'villaġġ sħiħ simili għal Bethlehem ta' elfejn sena ilu.

    L-attrazzjonijiet prinċipali f’dan il-villaġġ tan-Natività jinkludu l-ħanut tal-mastrudaxxa, il-ħaddied, il-furnar, it-taverna u s-suq tal-ħxejjex, dawk li jagħmlu l-ħwejjeġ mis-suf, is-suq tal-artiġġjanat, il-qiegħa u d-diversi għelieqi bir-rgħajja u l-annimali.

    Din is-sena, Forti Chambray se tinbidel f’villaġġ tar-Rumani filwaqt li wieħed se jkollu wkoll opportunita li jitla fuq dgħajsa li se tkun mixja tul ix-xmara. Se tirritorna wkoll il-lukanda li se jkollha tliet kmamar għal kiri fejn wieħed jistgħa jgħix l-esperjenza tal-ħajja ta’ elfejn sena ilu. Il-qofol ta’ Bethlehem f’Għajnsielem hija l-grotta tal-Bambin Ġesu.

    Ta’ min jgħid li f’dan il-presepju jieħdu sehem aktar minn 150 attur. Bethlehem f’Għajnsielem ikun animat kull nhar ta’ Sibt, Ħadd u festi pubbliċi bil-qofol tiegħu jkun nhar il-Ħadd 4 ta’ Jannar bil-miġja tas-Slaten Maġi.

    Aktar informazzjoni fuq www.ghajnsielem.com/bethlehem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0