‘Joyride’ għal xarabank f’forma ta’ downat

  • Set 26, 2012 09:08
  • Miktub minn
"

    Immaġina trakk tal-linja mingħajr faċċata quddiem jew wara, u mingħajr bibien, bi twieqi biss, wieqaf quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta. Dan hu Joyride, xarabank f’forma ta’ downat u mibni f’daqs reali, kieku tassew dawn il-vetturi kienu tondi. Il-kreazzjoni tal-artist Emanuel Bonnici, Joyride, se tkun fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, bħala parti mill-festival ix-Xjenza fil-belt Valletta nhar il-Ġimgħa it-28 ta’ Settembru.

    L-inġinerija ġenetika hi waħda mit-tekniċi xjentifiċi ġodda li ħarġu dan l-aħħar li hi tassew b’saħħitha u, x’aktarx, tbeżża’. Tinvolvi l-inserzjoni, jew manipulazzjoni, tad-DNA – il-materjal tal-ħajja. La d-DNA tagħti l-forma lil xagħarna, tikkmanda kemm se nitwalu u x’dehra nieħdu, Joyride iġġiegħel lil min jaraha jaħseb dwar x’taħwir għandna nagħmlu.

    Permezz tat-terapija tal-ġene, l-inġinerija ġenetika tista’ tfejjaq mard li ma jitfejjaqx, mill-kanċer għall-marda Alzheimer, iżda tista’ tikkawża wkoll ħerba ekoloġika permezz ta’ xi organiżmi li jkunu mibdula ġenetikament.

    Emanuel Bonnici jgħid: “L-aspetti doppji taċ-ċirku huma intrinsiċi f’Joyride. L-istallazzjoni tat-triq tipponta wkoll lejn avvanzi xjentifiċi riċenti, li jista’ jkollhom implikazzjonijiet kontroversjali. Hu għal dak li jkun qed jara li jiddeċiedi li ċ-ċirku ma jiswa xejn jew hu daqqa mill-aqwa tan-natura u x-xjenza.”

    L-interazzjoni ma’ Joyride tista’ tkun veru jew mistħajla: att li jistieden lil min ikun qed jara biex jieħu sehem b’modi differenti li jiftħu l-bibien għal possibiltajiet bħal dawn. L-udjenza se toqgħod iddur iddur b’tama li ssib il-faċċata ta’ wara jew quddiem tax-xarabank? L-immudellar mill-ġdid tax-xarabank ikonika tħaddem il-potenzjal tagħna li naħsbu mod ieħor dwar kif nirreaġixxu għal li naraw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0