Il-Parlament jaġġorna għal Ottubru

  • Lul 10, 2012 21:25
  • Miktub minn

    Waqt li ż-żewġ naħat tal-Kamra llejla approvaw bidliet fil-liġi elettorali, il-Parlament Malti aġġorna għall-btajjel tas-sajf.

    Matul is-seduta tal-lejla ż-żewġ naħat tal-Kamra approvaw emendi fil-Liġi Elettorali wara li lbieraħ bdew jiġu diskussi għadd ta’ bidliet fosthom dik li żgħażagħ li jagħlqu 18-il sena sal-jum tal-elezzjoni jkunu jistgħu jivvotaw.

    Id-diskussjoni dwar l-emendi fil-liġi ngħalqet illejla wara li kienu approvati fl-istadju tat-tieni qari, kumitat u t-tielet qari.

    Emendi oħrajn li ġew approvati llum miż-żewġ naħat tal-Kamra se jippermettu lil residenti Għawdxin jiġbru l-vot tagħhom minn Malta u viċe-versa, kif ukoll il-possibbiltà li pazjenti jivvotaw fl-isptarijiet li jkunu rikoverati fihom jum qabel il-votazzjoni.

    Fi tmiem is-seduta, il-Leader of the House Tonio Borg ħabbar li l-Parlament kien aġġornat għat-Tnejn l-1 ta’ Ottubru.

    Matul is-seduta tal-lejla bdiet ukoll id-diskussjoni fl-istadju tat-tieni qari dwar emendi li jittrattaw il-klassifikazzjoni tal-produzzjoni tal-palk u ċ-ċinema u li matulha ħadu sehem il-Ministru Mario De Marco u d-deputat Laburista Owen Bonnici.

    Waqt li l-Ministru De Marco fisser l-emendi bħala pass importanti biex tinbidel is-sistema minn waħda li tiċċensura għal waħda li tirrifletti sistema kontemporanja, id-deputat Laburista Owen Bonnici staqsa jekk dawn l-emendi humiex isiru b’konvinzjoni jew għall-konvenjenza wara li l-poplu Malti ddeċieda favur il-liġi tad-divorzju. Hu rrefera għal deċiżjonijiet assurdi li ttieħdu f’din il-legislatura fosthom iċ-ċensura tad-dramm Stitching li twaqqaf mill-Bord taċ-Ċensura minħabba l-kontenut kontroversjali tiegħu għal akkużi li ħargu fil-konfront ta’ Mark Camilleri u Vella Gera dwar l-istorja li kienet ippubblikata f’fuljett imqassam fl-universita’ intitolata “Li tkisser Sewwi”.

    Huwa staqsa fejn kienu n-nies li llum qed jitkellmu dwar il-liberta’ tal-espressjoni tal-awturi Maltin meta kien hemm il-każ ta’ Vella Gera u Mark Camilleri. “Dak iż-żmien ħadd fil-PN m’għolla subgħajh biex jgħidilhom li qed isir ħażin. Kellhom ikunu awturi bħal Alfred Sant u Lino Spiteri li fil-Qorti xehdu kif xeħdu biex jikkonvinċu lill-Qorti biex dawn ma jinstabux ħatja tal-akkużi kriminali li nħargu kontriħom,” qal Bonnici.

    Qal li saħansitra meta l-Qorti ppreseduta mill-Magistrat Audrey Demicoli ddeċidiet li ma tipprovax l-akkużi, il-Gvern appella minn din is-sentenza u fl-appell ingħadu affarijiet dijametrikament opposti għal dak li qed jingħad illum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    Haqqhom imsieken huwx . Daqs dak xoghol li sar x'ma jiehdux xaghrejn u nofs vaganzi!!! ISTĦU jekk tafu TISTĦU!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 11, 2012

    Il-vakanzi t-tajba lid-deputati kollha. Issa jekk tal-PN se jkun mohlija jsewwu l-qasma nterna, p

    Irrispondi