Xtaqet tagħmel l-eżami qabel twelled u qalulha le

  • Lul 10, 2012 21:05
  • Miktub minn

    Studenta tqila li kienet qiegħda tistenna li twelled proprju dakinhar ta’ eżami, jew l-għada, ma tħallitx tantiċipa l-ġurnata tal-eżami mqar b’ġurnata. Dan bil-konsegwenza li tilfet l-opportunità li tagħmel eżami li kienet ilha tħejji għalih.

    L-istudenta, li kienet se twelled tewmin, uriet ix-xewqa tagħha mal-awtoritajiet tal-iskola li ma titlifx l-opportunità li tagħmel l-eżami u għalhekk talbet biex tagħmel l-eżami jum qabel l-oħrajn. L-awtoritajiet ma laqgħux it-talba tagħha.

    Id-Deputat Laburista Justyne Caruana semmiet dan il-każ, meta waqt laqgħa tal-kumitat parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali, saret diskussjoni dwar ir-realtà ta’ tfajliet li qegħdin joħorġu tqal meta jkunu għadhom adoloxxenti.

    Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Maternità qal li skont il-bijoloġija tal-bniedem, kull tfajla tista’ toħroġ tqila, ftit wara l-età tal-pubertà. Fin-Nofsinhar ta’ Malta il-medja tal-pubertà hija 13-il sena, filwaqt li fit-Tramuntana l-medja hija ta’ 11-il sena. Fil-fatt, huwa spjega li l-pubertà tfisser li tfajla hija lesta għat-tfal u bijoloġikament, meta tfajla jkollha 15-il sena, hija l-aħjar età li fiha jkollha t-tfal.

    Iżda, il-ġlieda hija bejn il-bijoloġija u s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tal-pajjiż. Huwa qal li matul is-sena 2010, kien hemm 255 twelid, minn 4,000, minn tfajliet li kienu għadhom adoloxxenti. Dan kien 6% tat-twelid kollu matul dik is-sena.

    Matul din id-diskussjoni kien hemm qbil li s-saħħa sesswali mhijix tingħata importanza, speċjalment fl-iskejjel. Intqal ukoll li każi bħal dawn jistgħu jwasslu għal faqar u għalhekk irid ikun hemm iżjed taħriġ u appoġġ lejn il-familji, l-aktar dawk vulnerabbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0