Pulpetti tal-corned beef fil-forn

  • Nov 27, 2014 06:59
  • Miktub minn

    Din ir-riċetta dehret ukoll fuq il-mid morning show.

    Ingredjenti għal erba' persuni:

    żewġ patatiet kbar bil-qoxra, msajjra

    pastard bl-istess ammont daqs il-patata, msajjra

    żewġ bajdied

    nofs ġbejna tal-bżar maħkuka

    100g ħafur

    landa corned beef

    żewġ mgħaref tursin frisk mqatta'

    kuċċarina rignu niexef

    melħ u bżar

    Metodu:

    Iksi dixx bil-karta tal-forn.

    Sajjar il-patata fil-microwave jew fil forn. Qatta' l-pastard biċċiet żgħar u sajjarha billi tgħalliha ħafif. Uża mħakka biex tqatta' l-patata biċċiet żgħar.

    Żid il-pastard u mbagħad iż-żewġ bajdied. Ħawwad.

    Fuq biċċa karta forn ferrex il-ħafur. Uża kwart tat-taħlita billi tifforma blalen żgħar u iksihom bil-ħafur.

    Bil-bqija tat-taħlita żid il-corned beef, il-ġbejna tal-bżar maħkuka, it-tursin.

    Ifforma pulpetti kbar. Iksihom bil-ħafur. Poġġihom f'dixx tal-forn u rranġa l-blalen fuqha.

    Aħmi fil-forn f'temperatura ta' 180 grad celsuis. Il-blalen żgħar isiru wara 15-il minuta u l-pulpetti wara 25 minuta.

    Aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0