Ross bil-brunġiel, qara' bagħli u nagħniegħ

  • Nov 26, 2014 07:38
  • Miktub minn
"

    Għal erba' persuni għandek bżonn:

    mgħarfa żejt

    erba' sinniet tewm

    basla mdaqqsa

    400g ross

    tazza inbid

    4 mgħaref nagħniegħ frisk, mqatta' irqiq

    kwart ta' kuċċarina nagħniegħ niexef

    brunġiela mdaqqsa mqatta' f'dadi

    erba' qara' bagħliet mqatta' f'dadi

    erba' tadamiet

    melħ u bżar biex iżżejjen il-wiċċ

    ġobon maħkuk għal wiċċ

    Metodu:

    Saħħan iż-żejt f'taġen u sajjar il-basla u t-tewm fuq nar moderat. Żid il-brunġiel u qara' bagħli u sajjar. Ħawwad spiss. Żid l-inbid u t-tadam u sajjar għal 30 minuta fuq nar baxx. Neħħi minn fuq in nar.

    F'borma oħra sajjar ir ross skont il-pakett. Meta jsir neħħih mill-ilma. Ħallat ir-ross mat-taħlita tal-ħaxix. Żid in-nagħniegħ mqatta' irqiq, melħ u bżar. Ħallat. Servi, ferrex ftit ġobon maħkuk fil-wiċċ.

    Tista issib' aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq: www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0