Kasserol tat-tiġieġ u l-ħaxix

  • Nov 25, 2014 06:32
  • Miktub minn
"

    Għal erba' persuni:

    tiġieġa sħiħa mqatta' f'sitt biċċiet

    kilo ħaxix mħallat, li jgħoġbok

    200g patata

    100 ml inbid abjad

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    erba' sinniet tewm

    basla mdaqqsa mqatta'

    sitt tadamiet mqatta'.

    mgħarfa tursin

    kuċċarina kosbor

    litru stokk tat-tiġieġ

    Metodu:

    Saħħan iż-żejt f'borma kbira jew uża container li tista' tpoġġi fil-forn u aqli l-biċċiet tat-tiġieġ fuq iż-żewġ naħat sakemm jieħdu ftit kulur fuq nar moderat. Żid il-basal u t-tewm sajjar għal minuta. Żid il-patata u l-ħaxix. Itfa' l-inbid, it-tadam, kuċċarina kosbor, melħ u bżar.

    Sajjar u itfa l-istokk. Poġġi kollox f'dixx tal-forn b'ghatu jew iksi bil-foil. Sajjar f'forn f'temperatura ta' 180 grad celsuis għal 25 minuta. Meta toħroġ mill-forn. Ħallih jistrieħ mgħotti għal ħames minuti. Żejjen il-wiċċ bit-tursin frisk. Servi.

    Tista' ssib aktar riċetti ta' Lea Hogg fuq: www.goodfoodeveryday.wordpress.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0